Mewt kawża tal-Influwenza A H1N1
pr1463
03/09/2009
| Anzjan ta’ 63 sena, li kellu | diversi problemi ta’ saħħa kronici, miet minħabba kumplikazzjonijiet ikkawżati mill-Influwenza A H1N1. Fit-23 ta’ Awwissu l-anzjan iddaħħal l-isptar Mater Dei f’kundizzjoni ta’ saħħa ħazina minħabba kundizzjonijiet kroniċi li hu kellu. Waqt li kien qiegħed jigi rikoverat fit-taqsima ta’ kura intensiva, ġie stabbilit li fost oħrajn kellu l-Influwenza A H1N1. |
| L-anzjan miet it-Tlieta l-1 ta’ Settembru kawża | ta’ kumplikazzjonijiet li żviluppaw fost oħrajn mill-Influenza A H1N1. |
| Sallum f’Malta kien hawn total ta’ 282 każ | kkonfermat ta’ Influwenza A H1N1, li minnhom 255 fiequ mingħajr kumplikazzjonijiet. |
| Mill-ġdid inħeġġu lil kull min iħossu ma jiflaħx | biex ma joħroġx u jibqa d-dar sakemm jgħaddilu. Dan, flimkien mal-ħasil frekwenti tal-idejn bl-ilma u s-sapun għandhom jevitaw it-tixrid tal-influwenza. |
| Għal aktar informazzjoni wieħed għandu iċempel | fuq il-helpline 21 324086. |
Videos bil-Malti li juru x’għandek tagħmel f’każ li għandek l-influwenza jinsabu fuq il-website - http://www.youtube.com/segretarjat
Stqarrijiet Oħra:
PR261987
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...
PR261986en