SEMINAR INTRODUTTORJU F’GĦAWDEX DWAR SKEMA NAZZJONALI MARBUTA MA’ SUSSIDJU GĦAL RISTORANTI U LUKANDI
pr1459
03/09/2009
| Numru ta’ Operaturi minn dawk | involuti fis-settur turistiku f’Għawdex, primarjament operaturi ta’ stabbilimenti tal-ikel, lukandi u guesthouses, attendew għal seminar informattiv li ġie organizzat għalihom, bil-għan li tiġi mfissra u tingħata aktar informazzjoni dwar skema ta’ sussidju marbuta ma’ imgħax fuq self li permezz tiegħu jiġu affetwati proġetti ta’ refurbishment u estensjoni fi stabbilimenti turistiċi. Din l-iskema ġiet imnedija bil-għan li ssaħħaħ il-kompetittività tas-settur filwaqt li tinkoraġġixxi żieda fl-investiment privat permezz ta’ sussidju relatat ma’ xogħol ta’ ristrutturar jew estensjonijiet ġodda miżjuda ma’ stabbilimenti eżistenti. Dan is-seminar inżamm fis-sala tal-wirjiet tal-Ministeru għal Għawdex, u ġie organizzat mit-taqsima tat-Turiżmu u Żvilupp Sostenibbli fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru bl-għajnuna tal-Ministeru għal Għawdex. |
| Waqt l-introduzzjoni tagħha, | l-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, spjegat kif il-prodott turistiku jiddependi kemm minn proġetti infrastrutturali kif ukoll mill-investiment privat, li permezz tiegħu s-servizz offrut lit-turist jikkumplimenta l-ħidma tal-Gvern b’risq is-settur. Hija elenkat numru ta’ proġetti li saru matul l-aħħar snin li swew biex itejbu l-prodott turistiku Għawdxi. Il-Ministru spjegat ukoll kif numru ta’ proġetti li qegħdin jiġu mfassla ser ikomplu jtejbu l-infrastruttura f’Għawdex u minnhom ser igawdi wkoll il-qasam turistiku. Hija ħeġġet lil dawk preżenti biex jipparteċipaw fid-diversi skemi li jinħarġu minn żmien għal żmien għaliex b’hekk ikunu qed jassiguraw li jibbenefikaw mill-għajnuna li tkun qed tiġi offruta li finalment tkun ta’ benefiċċju għas-settur turistiku Għawdxi. |
| L-Onor. Mario DeMarco, | Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu, spjega l-għan ewlieni ta’ din l-iskema li hija mmirata b’mod speċjali biex l-istabbilimenti turistiċi jkunu jistgħu jagħtu valur għal flus fis-servizzi li huma joffru, b’mod speċjali dawk f’kategoriji speċifiċi. Huwa spjega numru ta’ inizjattivi oħra li qed jieħu l-Gvern b’risq is-settur turistiku f’dawn iċ-ċirkostanzi partikolari. Fost dawn l-inizjattivi hemm l-iskema għall-Proġetti Turistiċi Sostenibbli fejn il-Gvern alloka €10 miljun mill-Programm ta’ Fondi Strutturali għal Malta 2007-2013. Dr DeMarco fisser kif sejħa oħra għall-applikazzjonijiet taħt l-istess skema ser tiġi mnedija fix-xhur li ġejjin biex jagħtu lok għal aktar stabbilimenti turistiċi biex jibbenefikaw minn għajnuna marbuta magħha. |
| Is-sinjorina Nadine Mifsud | mit-taqsima tat-Turiżmu u Żvilupp Sostenibbli fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru spjegat fid-dettal il-proċess involut fl-applikazzjoni u l-evalwazzjoni tat-talbiet għall-għajnuna filwaqt li elenkat numru ta’ kriterji li jagħtu vantaġġ lil dawk li jkunu qed japplikaw. Fosthom hemm dawk relatati mat-tip ta’ proġett kif ukoll mal-kategorija tal-istabbiliment involut u permessi meħtieġa minn awtoritajiet konċernati. |
| Seminars ta’ dan it-tip | jinżammu regolarment permezz ta’ kollaborazzjoni bejn il-Ministeru għal Għawdex u entitajiet u Ministeri oħra sabiex b’hekk ikunu faċilitati s-servizzi u l-informazzjoni għall-persuni Għawdxin interessati. |
Other Press Releases:
PR261987
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...
PR261986en