IL-PRESIDENT GEORGE ABELA AKKUMPANJAT MILL-VIĊI PRIM MINISTRU U MINISTRU TAL-AFFARIJIET BARRANIN, TONIO BORG IRRITORNAW MALTA MIL-LIBJA
pr1456
03/09/2009
| “Kien importanti | li pajjiżna jkun preżenti għal dawn iċ-ċelebrazzjonijiet ġewwa l-Libja u li fi stadju bikri laqgħani mal-Kurunell Gadhafi b’mod uffiċjali u kelli l-opportunita’ nwassallu t-tislijiet u nġedded is-sens ta’ ħbiberija bejn iż-żewġ popli”. |
| Dan kien | il-kumment li ta lil Media preżenti l-President George Abela fi tmiem iż-żjara fuq stedina mill-Kurunell Muammar Gadhafi għaċ-ċelebrazzjonijiet f’għeluq l-40 sena minn meta Gadhafi ħa l-kontroll tal-pajjiż f’idejh. |
| Mal-wasla ġewwa | l-Libja, il-President Abela u l-Viċi Prim Ministru, ltaqgħu mal-Prim Ministru tal-Pakistan, l-Onorevoli Syed Yousaf Raza Gilani fuq talba tal-Prim Ministru Gilani stess. |
| Ġie diskuss kif | Malta, flimkien mal-Pakistan, tista’ toħloq opportunitajiet ta’ xogħol f’pajjiżi bħal-Libja għal entrepreneurs Maltin u Pakistani. |
| Il-President | Abela fakkar li fis-snin sebgħin, il-Pakistan kien ta’ għajnuna kbira biex Malta twaqqaf il-linja tal-Ajru tagħha Air Malta li llum il-ġurnata topera b’suċċess. |
| Aktar tard il-President | George Abela flimkien mal-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin Tonio Borg, attendew għaċ-ċelebrazzjonijiet tar-revoluzzjoni f’għeluq l-40 sena, fejn minbarra li l-President Abela ltaqa’ mal-Kurunell Gadhafi, iltaqa’ wkoll ma’ diversi kapijiet ta’ Stati, kif ukoll mal-Ministri tal-Affarijiet Barranin ta’ Spanja, ta’ Ċipru u tal-Portugall. |
| Il-ġurnata | tal-bieraħ tat bidu bi żjara fil-kunvent tas-sorijiet Franġiskani, fejn il-President George Abela ltaqa’ mas-sorijiet Maltin li jaħdmu ma’ tfal orfni. Wara saret Quddiesa mmexxija minn Nunzju Tommaso Caputo, li kien fuq l-istess vjaġġ lejn dawn iċ-ċelebrazzjonijiet bħala r-rappreżentant tal-Knisja Kattolika fil-Libja. Wara l-Quddies, il-President Abela ltaqa’ mal-Kardinal Renato Martino li kien fil-Libja għaċ-ċelebrazzjonijiet bħala r-rappreżentant tal-Vatikan. |
| L-aħħar żjara | kienet il-Palm City, fejn il-President Abela u l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin Tonio Borg iltaqgħu mal-ħaddiema Maltin u segwew il-progress avanzat li qiegħed fih dan il-Proġett. Iltaqgħu wkoll mal-ħaddiema Maltin li jaħdmu fil-Corintha BAB Afrika Hotel. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261987
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...
PR261986en