Left arrow Go Back

IL-PRESIDENT GEORGE ABELA AKKUMPANJAT MILL-VIĊI PRIM MINISTRU U MINISTRU TAL-AFFARIJIET BARRANIN, TONIO BORG IRRITORNAW MALTA MIL-LIBJA

pr1456
Date Icon 03/09/2009
“Kien importantili pajjiżna jkun preżenti għal dawn iċ-ċelebrazzjonijiet ġewwa l-Libja u li fi stadju bikri laqgħani mal-Kurunell Gadhafi b’mod uffiċjali u kelli l-opportunita’ nwassallu t-tislijiet u nġedded is-sens ta’ ħbiberija bejn iż-żewġ popli”.
Dan kienil-kumment li ta lil Media preżenti l-President George Abela fi tmiem iż-żjara fuq stedina mill-Kurunell Muammar Gadhafi għaċ-ċelebrazzjonijiet f’għeluq l-40 sena minn meta Gadhafi ħa l-kontroll tal-pajjiż f’idejh.
Mal-wasla ġewwal-Libja, il-President Abela u l-Viċi Prim Ministru, ltaqgħu mal-Prim Ministru tal-Pakistan, l-Onorevoli Syed Yousaf Raza Gilani fuq talba tal-Prim Ministru Gilani stess.
Ġie diskuss kifMalta, flimkien mal-Pakistan, tista’ toħloq opportunitajiet ta’ xogħol f’pajjiżi bħal-Libja għal entrepreneurs Maltin u Pakistani.
Il-PresidentAbela fakkar li fis-snin sebgħin, il-Pakistan kien ta’ għajnuna kbira biex Malta twaqqaf il-linja tal-Ajru tagħha Air Malta li llum il-ġurnata topera b’suċċess.
Aktar tard il-PresidentGeorge Abela flimkien mal-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin Tonio Borg, attendew għaċ-ċelebrazzjonijiet tar-revoluzzjoni f’għeluq l-40 sena, fejn minbarra li l-President Abela ltaqa’ mal-Kurunell Gadhafi, iltaqa’ wkoll ma’ diversi kapijiet ta’ Stati, kif ukoll mal-Ministri tal-Affarijiet Barranin ta’ Spanja, ta’ Ċipru u tal-Portugall.
Il-ġurnatatal-bieraħ tat bidu bi żjara fil-kunvent tas-sorijiet Franġiskani, fejn il-President George Abela ltaqa’ mas-sorijiet Maltin li jaħdmu ma’ tfal orfni. Wara saret Quddiesa mmexxija minn Nunzju Tommaso Caputo, li kien fuq l-istess vjaġġ lejn dawn iċ-ċelebrazzjonijiet bħala r-rappreżentant tal-Knisja Kattolika fil-Libja. Wara l-Quddies, il-President Abela ltaqa’ mal-Kardinal Renato Martino li kien fil-Libja għaċ-ċelebrazzjonijiet bħala r-rappreżentant tal-Vatikan.
L-aħħar żjarakienet il-Palm City, fejn il-President Abela u l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin Tonio Borg iltaqgħu mal-ħaddiema Maltin u segwew il-progress avanzat li qiegħed fih dan il-Proġett. Iltaqgħu wkoll mal-ħaddiema Maltin li jaħdmu fil-Corintha BAB Afrika Hotel.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

More Press Releases Right arrow