Left arrow Mur Lura

Il-MINISTRU GEORGE PULLICINO IZUR IL-MARNISI ESTATE F’MARSAXLOKK.

pr1455
Date Icon 02/09/2009
Dalgħodu l-Ministru għar-Riżorsi u l-AffarijietRurali George Pullicino żar il-Marnisi Estate, f’Marsaxlokk.  Is-Sur Jeremy Cassar, Direttur tal-Marsovin, qal li l-vendemmia tal-2009 mistennija tagħti biżżejjed għeneb sabiex il-Marsovin ikun jista’ jipproduċi l-inbid kollu minn għeneb Malti u Għawdxi.
Din il-kisba hija l-qofol tal-istorjatal-produzzjoni tal-inbid f’Malta minħabba l-fatt li għal żmien twil il-produtturi Maltin ma kellhomx għeneb biżżejjed lokali biex jipproduċu inbid Malti ta’ kwalita` sostna is-Sur Cassar. Hu żied jgħid li “Din kienet mira li xtaqna li kieku lħaqna ħafna snin ilu, iżda l-investiment finanzjarju kien wieħed sostanzjali, u ma kienx ikun possibli li kieku ma kienx għas-sapport tal-Unjoni Ewropea”.
Intant il-Ministru Pullicino feraħ lil-Marsovinf’għeluq id-90 sena Anniversarju tagħhom u qali illi l-Marsovin għamel investimenti sostanzjali fil-kwalita` tal-inbejjed tiegħu. Matul dawn l-aħħar ħamsin sena investa fil-vineyards tiegħu; fil-bdiewa biex jipproduċu għeneb lokali; fil-makkinarju għall-għasir tal-għeneb u fermentazzjoni tal-istess inbid; fil-btieti fejn jitqaddem l-inbid u aktar importanti fl-edukazzjoni tan-nies tiegħu.  Huwa qali li huwa ta’ sodisfazzjon li l-vendemmia tal-2009 se tkun qed tgħati dak l-għeneb neċċesarju fi kwantitajiet biżżejjed tant li l-Marsovin se jkun jista’ jipproduċi l-inbid kollu minn għeneb lokali. Il-Ministru Pullicino żied jgħid li dan is-settur qiegħed kull ma jmur jikber u aktar ma jiżdied aktar qegħdin fix-xhur tas-sajf naraw pajjiżna jissebbaħ peremzz tad-dwieli. Il-Ministru Pullicino sostna li dan il-pass li għamlet il-marsovin m’hu xejn ħlief espressjoni ta’ fiduċja fix-xogħol tal-bdiewa u r-raħħala tagħna. Huwa apella wkoll sabiex il-produtturi tal-inbid jingħaqdu fimkien sabiex jipromwovu din l-industrija, biex b’hekk ikompli jkun hawn għarfien kemm fis-swieq lokali kif ukoll f’dawk barranin tal-prodott lokali li hu ta’ kwalita’.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

Aktar Stqarrijiet Right arrow