Left arrow Mur Lura

Is-Segretarju Parlamentari Jason Azzopardi jiftaħ il-Konferenza EGPA 2009

pr1454
Date Icon 02/09/2009
F’lukanda ewlenija f’San Ġiljan, illum is-SegretarjuParlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, l-Onor. Jason Azzopardi inawgura l-konferenza EGPA 2009, (European Group for Public Administration) bit-tema “it-Tiġdid tal-Gvern fl-Era tal-Informatika”.
L-Onor. Jason Azzopardi qal illi Malta għarfetsewwa l-importanza illi l-ICT għandha fl-iżvilupp ekonomiku tal-pajjiż. Malta tgawdi livelli għolja ta’ użu tat-teknoloġija f’diversi livelli, u dan ipoġġi ‘l pajjiżna fil-11-il post fl-Ewropa.  Dan jixhed avvanz ta’ ħames postijiet mis-sena l-oħra.
Is-Segretarju Parlamentari fakkar kif l-istrateġijanazzjonali Smart Island 2008-10, tagħti viżjoni fejn Malta ssir waħda mill-aqwa għaxar pajjiżi fid-dinja f’dik li hija teknoloġija tal-informatika.  B’hekk l-internet iservi biex inaqqas id-differenzi soċjali, u l-industrija tal-ICT tkun pilastru ewlieni tal-ekonomija.
Din il-konferenza għandha l-għan li toffrilill-amministraturi pubbliċi sfida li jippromwovu tlett prinċipji fundamentali:

·        Li l-bniedem isir iċ-ċentru fil-ħsieb waqt il-fażi ta’ ppjanar tas-servizz tal-Gvern u kif dan jiġi mwassal għand il-pubbliku.

·        Li s-soċjeta’ tagħraf il-valuri ta’ Gvern li jixpruna u jagħti direzzjoni, u

·        Li l-uffiċjali pubbliċi jkunu motivati li jsibu modi kif il-pubbliku jħossu nvolut fi problemi tal-komunita’, billi dawn jingħaqdu fi gruppi tal-komunita’ u għaqdiet volontarji, biex jiġu identifikati s-soluzzjonijiet, b’mod effettiv. 

Il-Konferenza EGPA 2009, tagħti okkażjoni biex jiġi eżaminat kif jista’ jittejjeb is-settur pubbliku fl-era tal-informatika.  Dan jixħet dawl fuq kemm l-ICT kellu effett sinifikanti fil-proċess tas-servizzi li joffri l-gvern, kemm il-gvernijiet ħadu l-opportunitajiet li joffri l-ICT biex itejjbu s-servizzi tagħhom, u kemm il-gvernijiet qed jieħdu vantaġġ min-natura interattiva tal-internet biex jittejjbu s-servizzi fost l-oħrajn.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

Aktar Stqarrijiet Right arrow