IS-SITWAZZJONI EKONOMIKA U L-G20 FUQ L-AĠENDA TAL-MINISTRI EWROPEJ TAL-FINANZI TAŻ-ŻONA EWRO
pr1453
02/09/2009
| Il-Ministru tal-Finanzi, | l-Ekonomija u Investiment, l-Onor. Tonio Fenech, ħalla Malta l-bieraħ għal Brussell, fejn se jipparteċipa għal-laqgħa tal-Eurogroup. L-Onor. Tonio Fenech hu akkumpanjat mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, is-Sur Alfred Camilleri. |
| Waqt il-laqgħa se titkompla | d-diskussjoni dwar is-sitwazzjoni ekonomika u l-implikazzjonijiet tagħha fuq il-policies tal-Istati Membri u l-Unjoni Ewropea. Il-Kummissarju Joaquin Almunia, f’isem il-Kummissjoni Ewropea se jippreżenta l-intenzjonijiet tal-istess Kummissjoni fir-rigward tal-Patt ta’ Stabbilità u Tkabbir għall-Ħarifa li ġejja. |
| Il-Ministri se jiddiskutu wkoll | dwar il-laqgħa Ministerjali tal-G20 u se jkun hemm bdil ta’ opinjonijiet dwar is-suġġetti li hemm fuq l-aġenda ta’ din il-laqgħa. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261987
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...
PR261986en