Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI

pr1452
Date Icon 01/09/2009

Is-Suq Miftuħ -  Awtorita’ Dwar it-Trasport

B’Riferenza għall-istqarrija maħruġa mill-KelliemaEwlenin tal-Partit Laburista, Marie Louise Coleiro Preca u Joe Mizzi dwar l-użu tad-Double Decker Buses, il-Ministeru jiċċara dan li ġej:
1.  L-Awtorita’ Dwar it-Trasport m'hi qiegħdatagixxi b’ebda mod irresponsabbli  u insolenti fil-liċenzjar ta’ double decker buses tal-kumpanija Garden of Eden. Kieku kien hekk, m'hemmx dubju li kif ipprova jagħmel dan l-operatur kien ifittex ir-raġun fil-Qrati, iżda meta ma ngħatalux mar biex jingħata raġun mill-Partit Laburista.  L-Awtorita’ dwar it-Trasport tipproċessa l-applikazzjonijiet, inklużi dawk tal-Garden of Eden, skond il-liġi u m'hux skond għal min huma l-ħbieb li jaqbżu għalihom il-Kelliema tal-Partit Laburista.
2.  Fir-rigward tad-deciżjoni tal-Kummissjonigħall-Kummerċ Ġust, din id-deciżjoni kienet tirrigwarda tlett double decker buses tal-Garden of Eden li fil-fatt huma  ġew illiċenzjati u qed joperaw fuq it-toroq mill-Garden of Eden. M'hemm ebda deċiżjoni li ttieħdet minn xi Kummissjoni li ma ġietx implimentata.

3.  Inċidentalment, l-Awtorita’ nidiet proċeduri ġudizzjarji quddiem il-Qrati Ċivili u qiegħda preżentement tikkontesta il-legittimita’ tas-sentenza tal-Kummissjoni għall-Kummerċ Ġust għaliex, fil-fehma ta’ l-istess Awtorita’, il-Kummisjoni ma kellhiex ġurisdizzjoni biex tagħti d-deċiżjoni tagħha. Fil-fatt, l-Awtorita’ talbet stħarriġ ġudizzjarju tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni għall-Kummerċ Ġust sabiex konsegwentement din tigi ddikjarata nulla u inattendibbli.  Dawn il-proceduri għadhom pendenti quddiem il-Qorti li għadha ma tatx il-ġudizzju tagħha f’dan ir-rigward. 

4.  Għall-kuntrarju ta’ dak li qed jallega l-Partit Laburista, l-Awtorita’ mhix qed tipprova tagħlaq is-suq u lanqas mhi qed tħejji strateġiji ta’ natura kummerċjali. Bil-kontra dan is-Settur infetaħ beraħ għal kull min hu interessat u għal kull min jissodisfa l-kriterji fil-liġi li jgħoddu l-istess għal kulħadd, anke għall-ħbieb li jaqbżu għalihom il-Kelliema tal-Partit Laburista. L-Awtorita’ qed tapplika l-liġi bl-istess mod għall-operaturi kollha, inkluż il-Garden of Eden, fir-rigward ta’ applikazzjonijiet ta’ double decker buses u għaldaqstant, l-operaturi tal-Garden of Eden ma jistgħux jippretendu li għandhom xi privileġġ speċjali u li l-liġi m’għandhiex tapplika għalihom. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

Aktar Stqarrijiet Right arrow