Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI

pr1451
Date Icon 01/09/2009

Ħidma favur is-settur agrikolu

Hija ironija li l-Kelliem tal-Oppozizzjoni, l-OnorJoe Sammut,  jgħid li l-Gvern ġab lill-bdiewa u r-raħħala “fuq saqajhom u jirrenduhom kompettitivi”. Ir-riposta għal dan tawa l-bdiewa u r-raħħala nfushom bl-ammont ta’ applikazzjonijiet u ta’ investiment li jlaħħqu l-€40 miljun li huma stess ressqu għall-miżura li tippromwovi prattiċi agro-ambjentali u immodernizzar tal-oqsma agrikoli. Li ma jgħidx il-kelliem tal-Oppzizzjoni hu li għal din il-miżura partikolari, li hi waħda mit-tmintax-il miżura tal-pjan għall-iżvillupp rurali għas-snin 2007 – 2013, il-bdiewa urew il-fiduċja tagħhom fis-settur. L-applikazjonijiet illi daħħlu għal din il-miżura sa meta’ għalqet f’din is-sena, wasslu fil-fażi finali tal-aġudikazzjoni biex fil-ġranet li ġejjin jiġu mħabbra. Wieħed irid japrezza li dan il-proċċess jinvolvi skrutinju, kontrolli u evalwazzjoni ta’ kull proġett sottomess f’kull applikazzjoni.
Il-politika tal-Gvernfil-qasam agrikolu qed tagħti l-frott meħtieġ. Il-biżghat u l-ġeremiji li l-Oppozizzjoni dejjem tefgħat fuq dan is-settur sa minn qabel is-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea ma ssarfu f’xejn ħlief fil-kuntlarju għal dak li kienet tbeżża’ bih. Dak in-nhar l-Oppozizzjoni tat parir biex Malta ma tidħolx membru tal-Unjoni Ewropea iżda tagħżel li tagħmel partnership. Il-proposta tal-Oppozizzjoni kienet tfisser biss li jinfetħu l-bibien għal prodotti ewropej mingħajr ma tingħata għajnuna b’fondi ewropej lill-bdiewa u r-raħħala Maltin u Għawdxin. Illum pero qed jiġri bil-kontra; l-Gvern fl-2008 biss ta’ lil-bdiewa u r-raħħala €11.07 miljun f’fondi bħala parti mill-ewwel u t-tieni pjan għal-iżvillupp rurali li jkopru s-snin mill-2004 – 2006 u l-2007 sal-2013 rispettivament. Dan il-Gvern innegozja għas-settur agrikolu żewġ pjani li bejniethom ilaħħqu xejn anqas minn €133 miljun għal dan is-settur. Dawn il-fondi huma maqsuma fuq numru ta’ miżuri intiżi sabiex kull settur jirristruttura ruħu u jkun kapaċi jikkompetti b’prodotti ta’ klwalita’ għolja. Minn dan qed igawdi wkoll il-konsumatur li qed ikollu għall-użu tiegħu prodott frisk u ta’ kwalita’.
Għall-bidwi u r-raħħal apparti l-fondi ewropej,qabel is-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, l-Gvern innegozja pakkett ta’ sussidji intiżi sabiex ikomplu jsostnu s-settur agrikolu sas-sena 2014. Dawn is-sussidji magħrufa bħala l-SMPPMA (Special Marketing Policy Programme for Maltese Agriculture) qegħdin jingħataw kull sena, u fis-sena 2008 tħallsu €7.5 miljun.
Fis-settur agrikolu wkoll il-Gvern għandudirezzjoni ċara u jaf fejn irid jasal għal kontra tal-kliem fieragħ tal-Oppozizzjoni. Il-Gvern irid jara li dan is-settur ikompli jkun sostenibbli, jegħleb l-isfidi li jaffaċċja u jkompli jtejjeb il-kwalita’ tal-prodott li joffri biex b’hekk tkompli tissaħħaħ il-fiduċja tal-konsumatur fil-prodott Malti li b-bdiewa u r-raħħala tagħna jipproduċu.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

More Press Releases Right arrow