Left arrow Mur Lura

AKTAR MALTIN IFITTXU L-AMBAXXATI MALTIN BARRA MINN MALTA

pr1450
Date Icon 01/09/2009
‘Il fuq minn 12-il elf kuntattmatul din is-sena.
L-Ambaxxati Maltin irċevew iktar minn 12,500kuntatt għall-assistenza fl-ewwel tmien xhur ta’ din is-sena, dan flimkien mal-400 kuntatt minn investituri u negozjanti li interessaw ruħhom f’pajjiżna. Dan joħroġ minn rendikont tal-ħidmiet li wettaq il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin matul Jannar u Awwissu ta’ din is-sena.
Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin ħadem fuqdiversi impenji li permezz tagħhom qed ikun dejjem iktar qrib il-Maltin li jgħixu barra minn Malta u fl-istess ħin ħadem biex  iġib iktar investiment u joħloq postijiet tax-xogħol.
Matul dawn it-tmien xhur, il-Ministerutal-Affarijiet Barranin ħa sehem f’żewġ delegazzjonijiet kummerċjali, waħda fil-Polonja f’Jannar u oħra fil-Qatar f’Awwissu. Dik tal-Polonja kienet l-ikbar delegazzjoni kummerċjali li fiha attendew madwar 70 persuna li għandhom interessi kummerċjali, filwaqt li dik tal-Qatar li saret ftit tal-ġranet ilu rat interess qawwi minn negozjanti u professjonisti Maltin minn diversi oqsma tas-soċjeta’.
Fuq dan l-aspett il-Ministeru tal-AffarijietBarranin qed jaħdem sabiex ikabbar il-kuntatti tiegħu barra minn Malta u jibni pontijiet ġodda li biż-żmien iwasslu għall-aktar investimenti. Dan qed jagħmlu flimkien mal-Malta Enterprise speċjalment fid-delegazzjonijiet kummerċjali li qed iwettaq. F’din il-leġislatura il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin flimkien mal-Malta Enterprise organizzaw, matul is-sena li ghaddiet, żewġ delegazzjonijiet kummerċjali oħra flimkien ma dawk imsemmija, wahda fl-Ukraina u ohra fil-Portugall.  Din il-ħidma flimkien  wasslet ukoll biex ħaddiema mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u mill-Malta Enterprise jitħarrġu fuq l-investiment dirett barrani permezz ta’ seminar li ġie indirizzat minn espert Ġermaniż f’dan is-settur.
Din il-ħidma qed tissarraf fil-konkret hekk kifmatul din is-sena ġew organizzati żewġ konferenzi ta’ livell għoli li ndirizzaw kemm lill-Ambaxxaturi Maltin barra minn Malta kif ukoll lill-Konsli li jirrapreżentaw lill-pajjiżna barra minn xtutna. F’dawn iż-żewġ konferenzi ngħata importanza l-qasam tal-investiment u t-turiżmu. Tant li fil-Konferenza Annwali tal-Ambaxxaturi li saret f’Lulju li għadda, il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin Tonio Borg appella lill-Ambaxxaturi Maltin biex ikunu ta’ vetrina għall-Malta fejn jidħol investiment u turiżmu.
Apparti d-delegazzjonijiet kummerċjali, matuldin il-ligislatura, il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin iffirma għadd ta’ ftehim bilaterali marbutin mal-Ħelsien tat-Tassazzjoni Doppja.  Dawn l-arranġamenti, 11 b’kollox, saru ma’ Franza, il-Greċja, l-Irlanda, l-Italja, il-Ġordan, il-Libanu, il-Libja, il-Montenegro, l-Isvizzera, l-Istati Uniti u l-Qatar. Il-ftehim fuq il-ħelsien mit-tassazzjoni doppja jgħinu biex jinfetħu aktar toroq ġodda mal-pajjiżi firmatarji biex jinġieb iktar investiment.
Matul dawn l-ewwel tmien xhur kien hemm ukollzieda fil-kuntatti li l-Ambaxxati Maltin barra minn Malta qed ikollhom, speċjalment minn kumpaniji u investituri li qed juru interess biex jinvestu f’pajjiżna. Fl-ewwel tmien xhur tas-sena t-talbiet minn kumpaniji u investituri telgħu għal ftit iktar minn 400 kuntatt, jiġifieri medja ta’ 50 kuntatt kull xahar. Fejn jidħlu kuntatti ta’ nies mal-Ambaxxati Maltin barra minn Malta dawn qabżu t-12-il elf kuntatt, u dawn mistennija jkomplu jiżdiedu hekk kif qed issir kampanja sħiħa biex iktar nies ifittxu l-għajnuna offruta lilhom mill-Ambaxxati u l-Konsulati Maltin barra minn xtutna.
Biex in-nies ikollhom iktar aċċessgħall-għajnuna, il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin fil-bidu tas-sajf ippubblika manwal ta’ gwida għal min isiefer. It-30,000 kopja tal-Manwal li ġie mqassam bil-Malti u bl-Ingliż inħatfu fi ftit ġimgħat u kien hemm bosta kummenti posittivi saħansitra mill-operaturi tal-ivvjaġġar li għarfu l-kwalita’ u l-bżonn tiegħu u bil-volonta’ tagħhom talbu kopji tiegħu u qassmuh lill-klijenti tagħhom. Din il-kampanja ta’ informazzjoni xterdet ukoll permezz tar-radijiet lokali u l-mezzi tal-istampa li għenu fix-xandir ta’ partijiet minn dan il-ktejjeb sabiex jintlaħaq l-ikbar ammont ta’ nies possibbli.

Finalment fuq quddiem ukoll tal-aġenda, il-Ministeru ħaseb li jkun regolarment iktar qrib in-nies. Flimkien  max-xoghol kollu msemmi, il-websajt tal-Ministeru, www.foreign.gov.mt, qed  tkun dejjem iktar segwita b’iktar minn 1,500 persuna iżuruha  kuljum, u huwa l-hsieb tal-Ministeru li jkompli jsaħħaħ din il-websajt. Is-suċċess ta’ din il-websajt huwa marbut mal-informazzjoni offruta u li qed tkun aġġornata regolarment.  

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

Aktar Stqarrijiet Right arrow