Left arrow Go Back

SERATA TA’ KANT U MUŻIKA B’TIFKIRA TA’ CHARLES CAMILLERI F’GHAWDEX

pr1449
Date Icon 01/09/2009
Il-bitħa ċentrali tal-Campustal-Università f’Għawdex serviet bħala xenografija suġġestiva waqt serata ta’ kant u mużika li ġiet imtella’ bħala l-attività annwali tas-Sajf ġewwa dan il-campus. Dawn l-attivitajiet li ilhom jiġu organizzati fuq bażi annwali għal dawn l-aħħar tnax-il sena, jiffukaw fuq l-aspett kulturali billi jippreżentaw stili u varjetajiet ta’ mużika differenti b’temi diversi, waqt li jesponu talenti lokali.
Din is-sena l-attività tas-sajfkienet indirizzata biex tagħti ġieħ u rikonoxximent lill-kompożitur u mużiċista Malti Charles Camilleri. Matul is-serata ndaqqu wħud mix-xogħlijiet ta’ dan is-surmast li matul ħajtu kkompona aktar minn 300 kompożizzjoni li jinkludu xogħlijiet orkestrali, u oħrajn solo għall-vuċijiet u mużiċisti. Ix-xogħlijiet tas-Surmast Camilleri ndaqqu u ġew interpretati f’diversi pajjiżi madwar id-dinja filwaqt li jinsabu rrekordjati f’madwar 40 CD.
Is-serata nfetħet mill-ProfessurJoe Friġġieri li ħadem mill-qrib mas-Surmast Camilleri billi kiteb lirika għal uħud mill-għanjiet li kkompona, fosthom għanjiet popolari.  Vince Fabri u Corazon Mizzi interpretaw uħud minn dawn l-għanjiet lejn tmiem il-programm ta’ din is-serata. Il-programm beda bi suite li ndaqq minn grupp ta’ mużiċisti ta’ Mariella Cassar taħt id-direzzjoni tas-Surmast Joseph Debrincat, li mexxa wkoll silta reliġjuża miktuba għal strumenti bil-kordi. Is-Surmast Stephen Attard akkumpanja fuq il-pjanu lis-soprani Pamela Agius u Marouska Attard fl-interpretazzjoni tagħhom ta’ kant popolari bi kliem tal-Professur Joe Friġġieri. Il-kompożizzjoni Tibet li ndaqqet mill-klarinettisti Godfrey Mifsud u Michael Pirotta tat ħjiel tal-forom mużikali li rnexxielu jaddotta Camilleri fil-kompożizzjonijiet tiegħu. Kif kien fisser huwa stess hu kien jemmen li fil-mużika ‘xejn ma hu fiss’ u l-kompożizzjoni tevolvi ‘b’ħeffa qisha misjuqa mill-enerġija u s-saħħa li tinkorpora ġo fiha’.
Din is-serata ġibdet udjenzanumeruża, kemm Għawdxin kif ukoll bosta Maltin u barranin. Fost il-mistednin distinti kien hemm l-Eċċellenza Tiegħu s-Sur Anton Tabone, Aġent President ta’ Malta, l-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex u s-Sinjura Doris Camilleri, li ġew milqugħa mill-Professur Lino Briguglio, direttur tal-Campus ta’ l-Università f’Għawdex.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

More Press Releases Right arrow