IT-TASK FORCE DWAR IL-ĠUSTIZZJA RIPARATRIĊI TIPPREŻENTA R-RAPPORT TAGĦHA
pr1447
01/09/2009
| It-Task Force dwar il-Ġustizzja Riparatriċi | li kienet twaqqfet biex tmexxi l-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika wara li kienet ippubblikata l-White Paper dwar Ġustizzja Riparatriċi ippreżentat ir-rapport tagħha lill-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, l-Onor. Carmelo Mifsud Bonnici. |
| Il-White Paper dwar Ġustizzja Riparatriċi li | kienet ġiet ippubblikata fi Frar ta’ din is-sena kienet tipproponi numru ta’ miżuri li setgħu jiddaħħlu sabiex il-ġustizzja riparatriċi tiġi ntrodotta f’Malta. |
| Fil-qosor, dawn kienu jinkludu l-introduzzjoni | tal-Parole, ir-revizjoni tas-sistema ta’ remissjoni, it-titjib tal-programmi edukattivi u vokazzjonali għall-priġunieri, kif ukoll il-medjazzjoni u appoġġ għall-vittmi tal-kriminalità. Il-pubblikazzjoni tal-White Paper kien segwit minn perijodu ta’ konsultazzjoni mal-pubbliku li ġie fi tmiemu fit-30 ta’ Ġunju ta’ din is-sena. |
| Matul dan iż-żmien, it-Task Force irċeviet | 15–il sottomissjoni mingħand il-pubbliku permezz tal-email, 7 sottomissjonijiet permezz ta’ korrispondenza u 13–il sottomissjoni oħra minn għaqdiet u organizzazzjonijiet mhux-governattivi konċernati. Saru wkoll numru ta’ laqgħat ma’ stakeholders f’dan il-qasam. |
| Fir-Rapport tagħha dwar il-konsultazzjoni | pubblika, it-Task Force qed tagħmel numru ta’ rakkomandazzjonijiet li ħarġu minn dan il-proċess. Dawn qed jiġu mehmuża ma’ din l-istqarrija, flimkien mas-sommarju eżekuttiv tal-istess rapport. |
| Issa li ġie ppreżentat ir-Rapport, | il-Ministeru javża li bl-assistenza ta’ din it-Task Force, ser ikompli bil-ħidma tiegħu billi jħejji l-abbozz ta’ ligi u regolamenti meħtieġa sabiex din ir-riforma tkun tista’ tibda’ tiġi implimentata u titwettaq. |
| Ta’ min ifakkar illi kien twaqqaf Compliance | Unit immexxi mis-Sur Louis Cilia sabiex isiru r-riformi amministrattivi neċessarji skond ir-rakkomandazzjonijiet tal-Bord ta’ Inkjesta li kien twaqqaf biex jinvestiga u janalizza l-operat tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Il-Unit, fost diversi punti oħra, għandu jassigura l-introduzzjoni tajba ta’ dawn ir-riformi. |
| Il-Ministru jirringrazzja lill-membri | tat-Task Force - is-Sur Joe Gerada u s-Sinjura Mariella Camilleri – kif ukoll lis-Sinjuri Kevin Sammut, Rowna Baldacchino u Joyce D’Amato li assistewhom, għall-ħidma siewja tagħhom. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261987
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...
PR261986en