Left arrow Mur Lura

Aktar kunsilli lokali jgawdu mill-fondi tal-UE

pr1446
Date Icon 01/09/2009
Fi tmiem il-ġimgħa, l-kunsill lokali tal-Għarbiċċelebra Jum l-Għarb b’attivita’ inter-kulturali fejn il-kunsill lokali ospita delegazzjonijiet Taljani minn Comunita’ Collinare Colli Tortonesi fil-Piemonte u minn Veglie fil-Puglia.
Fl-istess serata ingħataw diversi rikonoxximentifosthom Premju ‘Ġieħ l-Għarb’, Premju ‘Qlub Ġenerużi’, Premju ‘Volontarjat Lokali’,  kif ukoll l-Gharb Gozitan Cultural Award.  Matul is-serata ingħataw ukoll ċertifikati lil studenti li ggradwaw matul l-aħħar sena u lil dawk li attendew xi kors organizzat mill-kunsill lokali.
Waqt il-messaġġ tagħha, il-Ministru għalGħawdex, l-Onor. Giovanna Debono faħħret l-inizjattiva meħuda mis-Sindku u l-kunsill lokali ta’ l-Għarb li għal darb’oħra waslu biex jagħmlu ftehim ta’ ġemellaġġ ma’ komunitajiet barranin. Din hija waħda mill-opportunitajiet li ġiet offruta permezz ta’ sħubija fl-Unjoni Ewropea, li bosta kunsilli kokali Għawdxin għarfu jibbenefikaw minnha fuq livell lokali, iżda kienu wkoll ta’ benefiċċju fuq livell reġjonali.
Il-Ministru Debono spjegat kif il-Ministeru għalGħawdex ikkollabora mal-Kunsilli Lokali Għawdxin matul is-snin u kif din il-ħidma rriżultat f’benefiċċju għal Għawdex kemm fuq livell infrastrutturali, kif ukoll mill-aspetti kulturali u soċjali li komplew iwessgħu d-dimensjoni u l-funzjoni tal-Kunsilli Lokali f’Għawdex.
Is-Segretarju Parlamentari għall-KonsultazzjoniPubblika u Informazzjoni Chris Said qal li l-Unjoni Ewropea għandha potenzjal kbir għall-kunsilli lokali. Bit-twaqqif tal-MEUSAC l-istess kunsilli lokali qed isibu l-għajnuna biex jidentifikaw programmi li jistgħu jibbenefikaw minnhom u biex jippreparaw l-applikazzjonijiet għal fondi mill-Unjoni Ewropea.  Huwa qal li din l-għajnuna se ssir aktar faċli tintlaħaq mill-kunsilli lokali Għawdxin minħabba l-ftuħ imminenti ta’ uffiċċju tal-MEUSAC f’Għawdex.
Chris Said qal li madwar 60% tal-kunsilli lokaliġemellati bbenefikaw minn fondi taħt il-programm tal-Unjoni Ewropea “Town Twinning Meeting”.  Huwa semma wkoll kif il-kunsilli lokali iridu jibdew jaħsbu fuq networking bejn lokalitajiet li diga’ huma ġemellati.  Permezz tal-kunċett ta’ networking, il-kollaborazzjoni biex jinsabu soluzzjonijiet għal problemi komuni tkun qed titwessa’ għal aktar minn żewġ lokalitajiet.
Is-Segretarju Parlamentari qal limill-ġemellaġġi għandhom igawdu r-residenti.  L-iskop ta’ dawn il-ġemellaġġi hu li jkun hemm bdil ta’ kulturi u ideat u r-residenti fil-lokalitajiet ġemellati iwessgħu l-orizzonti tagħhom u jarrikkixxu ruħhom kulturalment u soċjalment.  Huwa ħeġġeġ lill-kunsill lokali tal-Għarb u ta’ lokalitajiet oħra biex ikomplu jfittxu ġemellaġġi li tassew jaħdmu u jilħqu l-iskop tagħhom u jkomplu wkoll jieħdu l-opportunitajiet li toffri l-Unjoni Ewropea.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

Aktar Stqarrijiet Right arrow