SQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT
pr1443
31/08/2009
| Gvern | li impenjat li jkompli jħares l-impjiegi |
| Id-distakk tal-politika tal-Oppożizzjoni | mir-realtà ekonomika ta’ madwarna kompliet toћroġ biċ-ċar bid-dikjarazzjonijiet tal-Kelliem tal-Oppożizzjoni gћall-Finanzi, Charles Mangion. |
| Ċifri | ppubblikati mill-Eurostat juru li tista’ tgћid il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea qed jesperjenzaw żieda fid-defiċit tagћhom u fil-maġġoranza tagћhom kollha se jkunu qed jaqbżu l-limitu ta’ 3% stabbilit mill-Unjoni Ewropea. Dan hu riżultat dirett tal-kriżi ekonomika u finanzjarja internazzjonali li wasslet gћal tnaqqis fid-dћul mit-taxxi diretti u indiretti, taxxi marbuta mal-bejgћ tal-proprjetà u tnaqqis fl-attività marbuta mat-turiżmu. Aktar minn hekk, il-Gvernijiet kellhom jinvestu aktar biex iћarsu u joћolqu x-xogћol. L-istess f’pajjiżna, il-Gvern żied il-baġit tiegћu f’numru ta’ oqsma partikolari bћall-gћajnuna gћall-manifattura u gћar-reklamar ta’ pajjiżna biex b’hekk eluf ta’ ћaddiema ma tilfux il-post tax-xogћol tagћhom. |
| Gћal | Charles Mangion, jidher li din ir-realtà ma teżistix. |
| Lil | hinn minn din il-politika maqtugћa mir-realtà tal-Oppożizzjoni, il-Gvern jibqa’ jsostni l-prinċipju tal-ћidma tiegћu, anke kif ћareġ mid-Dokument ta’ Qabel il-Baġit ippreżentat aktar kmieni dan ix-xahar, dak li jitћarsu u jinћolqu aktar impjiegi. Il-ћtieġa ta’ finanzi fis-sod tibqa’ mira importanti anke biex nattiraw l-investiment iżda ma tistax titpoġġa qabel il-ћarsien tal-impjiegi. Il-Gvern għalhekk intervjena fejn kien meħtieġ biex isalva impjiegi tal-ħaddiema. Din is-sena ħareġ ukoll skemi ta’ taħriġ għaż-żgħażagħ u l-ħaddiema Maltin u Għawdxin u skemi biex aktar nies jidħlu fid-dinja tax-xogħol. |
| Fir-rigward tal-kummenti tiegћu dwar l-użu | tal-fondi tal-Unjoni Ewropea, din mhix l-ewwel darba li l-Oppożizzjoni tagћmel dawn it-tip ta’ allegazzjonijiet infondanti. Kien muri aktar minn darba li Malta hija fost l-aqwa benefiċjarji ta’ fondi mill-Unjoni Ewropea u dan kien ikkonfermat minn esponenti ewlenin tal-istess Unjoni Ewropea, fosthom il-Viċi-President tal-Kummissjoni Ewropea, Gunther Verheugen. L-allegazzjonijiet tal-Oppozizzjoni ġew miċħuda aktar minn darba anki mill-Unjoni Ewropea. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261987
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...
PR261986en