‘FESTA TAL-BNADAR’ – ATTIVITÀ NAZZJONALI LI TIPPROMWOVI TRADIZZJONI ANTIKA
pr1441
31/08/2009
| Is-Segretarjat Parlamentari għat-Turiżmu, | is-Segretarjat Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u l-Informazzjoni kif ukoll l-Awtorità tat-Turiżmu qed jippromwovu, l-‘Festa tal-Bnadar’ – attività li tiffoka fuq it-tradizzjoni antika u partikolari ħafna tal-bnadar fuq il-bjut tal-każini, binjiet pubbliċi u residenzi privati. Din se ssir fi tmiem il-ġimgħa bejn il-11 u t-13 ta’ Settembru 2009. |
| Id-dettalji tal-attività ngħataw waqt Konferenza | tal-Aħbarijiet indirizzata mis-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu, l-Onor. Mario de Marco, is-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u l-Informazzjoni, l-Onor. Chris Said, il-Kelliema tal-Oppożizzjoni għat-Turiżmu, l-Onor. Marie Louise Coleiro Preca; u l-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Gvern Lokali, l-Onor. Stefan Buontempo. |
| Dr de Marco qal li hekk kif l-istaġun tal-festi | beda joqrob lejn tmiemu, qed tkun promossa din l-attività sabiex f’kull belt u raħal, fi tmiem din il-ġimgħa partikolari, id-dilettanti kollha jingħaqdu flimkien u jieħdu sehem billi jtellgħu l-bnadar fuq il-bjut. Hu sostna li attivitajiet bħal dawn jgħinuna nkomplu nimirħu u nsibu modi ġodda kif nippromwovu ‘l pajjiżna bħala destinazzjoni turistika unika fejn it-turist jista’ jesperjenza xi ħaġa li m’hu se jsib bħala mkien ieħor. |
| Dr de Marco temm jgħid li din l-attività se | tiffoka fuq l-għaqda, fejn ilkoll bi bnadar differenti se nkunu qed niċċelebraw tradizzjoni unika li tidentifikana bħala Maltin. |
| Dr Chris | Said qal li din l-attività se tgħaqqad flimkien id-dilettanti kollha tal-bnadar u hekk noħolqu attrazzjoni mhux biss għat-turisti iżda wkoll għall-Maltin u l-Għawdxin. Huwa qal li din hija tradizzjoni unika u, mżejjna bid-drawwa tad-dwal fuq l-arbli, hija xi ħaġa li għandna nibżgħu għaliha u nimmassimizzaw il-potenzjal tagħha. |
| Dr Said qal | li l-kunsilli lokali għandhom rwol importanti ħafna fil-ħarsien u t-tisħiħ tal-patrimonju kulturali u qal li t-tradizzjoni tal-bnadar hija patrimonju mportanti ħafna għal pajjiżna u l-kunsilli lokali għandhom ikunu minn ta’ quddiem biex iħarsuha u jsaħħuha. Huwa semma kif il-Gvern qed jgħin lill-kunsilli lokali jissalvagwardjaw l-identità tal-lokalitajiet permezz ta’ inizjattivi bħal l-iskema tal-attivitajiet kulturali li għas-sena d-dieħla se jkollha budget ta’ €250,000. |
| Iz-zewg | Segretarji Parlamentari appellaw lid-dilettanti kollha sabiex jieħdu sehem f’din l-attività, bit-tama li jekk din tikseb is-suċċess mixtieq, tidħol bħala attività annwali oħra fil-kalendarju kulturali tant importanti - kemm għalina bħala Maltin u kemm għat-turiżmu lejn pajjiżna. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261987
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...
PR261986en