Left arrow Mur Lura

SEMINAR BIEX JISSAĦĦAĦ IS-SETTUR TAL-VOLONTARJAT

pr1438
Date Icon 29/08/2009
“Il-volontarjat huwa qasam importanti ħafna uhuwa mportanti li dan jaħdem b’mod organizzat, kollettiv, b’sens ta’ direzzjoni u b’mod ħolistiku”.  Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni Chris Said waqt is-seminar “Support-Training-Networking- For a better Voluntary Sector” organizzat mill-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat b’kollaborazzjoni mal-Kummissjoni għall-Organizazzjonijiet Volontarji.
L-għan tas-seminarkien li tiġi disseminata informazzjoni dwar setturi li għandhom x’jaqsmu mal-liġi u r-reġistrazzjoni, il-funzjonijiet tal-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat, u l-għanijiet tal-Voluntary Organisation Fund.  Waqt is-seminar ġie preżentat ukoll il-pjan strateġku għas-settur volontarju.
Il-Kunsilltal-Volontarjat beda jopera f’Ottubru li għadda u r-rwol tiegħu hu li jservi ta’ pjattaforma għall-koperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet volontarji u l-Gvern.  Il-Kunsill għandu jipprovdi wkoll sapport ċentralizzat għall-organizazzjonijiet li huma fil-bżonn u jgħinhom jaġixxu u jaħdmu b’mod professjonali.
Fil-perjodu ta’anqas minn sena li fih ilu jopera dan il-Kunsill diġa sar ħafna xogħol u issa hemm aktar minn 300 NGO li huma reġistrati mal-Kummissarju tal-Volontarjat.  L-uffiċċju tal-Kummissarju tal-Volontarjat għandu r-rwol li jimplimenta l-Att dwar l-Organizazzjonijiet Volontarji li sar biex jirregola s-settur u biex il-volontarjat jaħdem b’mod aktar koordinat.
Chris Said faħħaril-kunċett tal-volontarjat u qal li ħafna mix-xogħol fil-volontarjat isir mal-morda, ma’ dawk mingħajr saqaf fuq rashom, mal-anzjani u s-solitudini li ġġib magħha l-anzjanita’, mar-refuġjati, mal-persuni b’diżabilita’ u l-familji tagħhom, mat-tfal, persuni msawwta,  mal-ġenituri fil-bżonn, persuni fil-vizzju tad-droga, logħob tal-azzard, użura u l-familjari tagħhom, l-immigrazzjoni illegali u ħafna oqsma oħrajn bħal ħarsien tal-ambjent, l-isports, l-illiteriżmu u l-annimali abbandunati.
Ix-xoghol kollub’risq dawn is-setturi u ohrajn ma jistax jitkejjel.  L-importanza ta’ dan ix-xoghol ma tistax tigi deskritta bil-kliem.
Is-Segretarju Parlamentari qal li l-Gvern dejjemta importanza lix-xogħol fil-volontarjat u dejjem ta l-għajnuna tiegħu lil ghaqdiet volontarji. Huwa qal li l-NGOs mhux biss qed jinghtaw  il-fora  tal-MCESD  u  l-MEUSAC  biex  fihom  iwasslu  l-messagg  u  l-pozizzjoni
taghhom izda, permezz tal-MEUSAC, qed jinghatawl-ghajnuna meħtiega sabiex iġibu l-fondi mill-Unjoni Ewropea.
L-Unjoni Ewropeja toffri potenzjal kbir lil NGOsu permezz tal-Funding Unit tal-MEUSAC  il-Gvern irid li l-NGOs ikomplu jimmassimizzaw dan il-potenzjal.
Chris Said qal ukoll li permezz tat-tiġdidtal-kunsilli lokali l-istess kunsilli lokali se jwessgħu is-setturi li jaħdmu fihom bħalma huma s-setturi edukattvi u soċjali, u biex jagħmlu dan għandhom jaħdmu aktar mill-qrib mal-NGOs li f’ċertu każi ikunu f’pozizzjoni aħjar biex jindirizzaw problemi speċifiċi.
Chris Said irringrazzja lil dawk kollha lijaħdmu fil-volontarjat u awguralhom li jkomplu mhux biss jaħdmu fil-qasam partikolari tagħhom iżda jkomplu jaħdmu wkoll biex is-settur tal-volontarjat f’Malta jingħaqad sabiex l-għaqdiet kollha jkunu aktar f’saħħithom ħalli l-messaġġ jibqa’ jasal u l-għan jintlaħaq.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

Aktar Stqarrijiet Right arrow