SEMINAR BIEX JISSAĦĦAĦ IS-SETTUR TAL-VOLONTARJAT
pr1438
29/08/2009
| “Il-volontarjat huwa qasam importanti ħafna u | huwa mportanti li dan jaħdem b’mod organizzat, kollettiv, b’sens ta’ direzzjoni u b’mod ħolistiku”. Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni Chris Said waqt is-seminar “Support-Training-Networking- For a better Voluntary Sector” organizzat mill-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat b’kollaborazzjoni mal-Kummissjoni għall-Organizazzjonijiet Volontarji. |
| L-għan tas-seminar | kien li tiġi disseminata informazzjoni dwar setturi li għandhom x’jaqsmu mal-liġi u r-reġistrazzjoni, il-funzjonijiet tal-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat, u l-għanijiet tal-Voluntary Organisation Fund. Waqt is-seminar ġie preżentat ukoll il-pjan strateġku għas-settur volontarju. |
| Il-Kunsill | tal-Volontarjat beda jopera f’Ottubru li għadda u r-rwol tiegħu hu li jservi ta’ pjattaforma għall-koperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet volontarji u l-Gvern. Il-Kunsill għandu jipprovdi wkoll sapport ċentralizzat għall-organizazzjonijiet li huma fil-bżonn u jgħinhom jaġixxu u jaħdmu b’mod professjonali. |
| Fil-perjodu ta’ | anqas minn sena li fih ilu jopera dan il-Kunsill diġa sar ħafna xogħol u issa hemm aktar minn 300 NGO li huma reġistrati mal-Kummissarju tal-Volontarjat. L-uffiċċju tal-Kummissarju tal-Volontarjat għandu r-rwol li jimplimenta l-Att dwar l-Organizazzjonijiet Volontarji li sar biex jirregola s-settur u biex il-volontarjat jaħdem b’mod aktar koordinat. |
| Chris Said faħħar | il-kunċett tal-volontarjat u qal li ħafna mix-xogħol fil-volontarjat isir mal-morda, ma’ dawk mingħajr saqaf fuq rashom, mal-anzjani u s-solitudini li ġġib magħha l-anzjanita’, mar-refuġjati, mal-persuni b’diżabilita’ u l-familji tagħhom, mat-tfal, persuni msawwta, mal-ġenituri fil-bżonn, persuni fil-vizzju tad-droga, logħob tal-azzard, użura u l-familjari tagħhom, l-immigrazzjoni illegali u ħafna oqsma oħrajn bħal ħarsien tal-ambjent, l-isports, l-illiteriżmu u l-annimali abbandunati. |
| Ix-xoghol kollu | b’risq dawn is-setturi u ohrajn ma jistax jitkejjel. L-importanza ta’ dan ix-xoghol ma tistax tigi deskritta bil-kliem. |
| Is-Segretarju Parlamentari qal li l-Gvern dejjem | ta importanza lix-xogħol fil-volontarjat u dejjem ta l-għajnuna tiegħu lil ghaqdiet volontarji. Huwa qal li l-NGOs mhux biss qed jinghtaw il-fora tal-MCESD u l-MEUSAC biex fihom iwasslu l-messagg u l-pozizzjoni |
| taghhom izda, permezz tal-MEUSAC, qed jinghataw | l-ghajnuna meħtiega sabiex iġibu l-fondi mill-Unjoni Ewropea. |
| L-Unjoni Ewropeja toffri potenzjal kbir lil NGOs | u permezz tal-Funding Unit tal-MEUSAC il-Gvern irid li l-NGOs ikomplu jimmassimizzaw dan il-potenzjal. |
| Chris Said qal ukoll li permezz tat-tiġdid | tal-kunsilli lokali l-istess kunsilli lokali se jwessgħu is-setturi li jaħdmu fihom bħalma huma s-setturi edukattvi u soċjali, u biex jagħmlu dan għandhom jaħdmu aktar mill-qrib mal-NGOs li f’ċertu każi ikunu f’pozizzjoni aħjar biex jindirizzaw problemi speċifiċi. |
| Chris Said irringrazzja lil dawk kollha li | jaħdmu fil-volontarjat u awguralhom li jkomplu mhux biss jaħdmu fil-qasam partikolari tagħhom iżda jkomplu jaħdmu wkoll biex is-settur tal-volontarjat f’Malta jingħaqad sabiex l-għaqdiet kollha jkunu aktar f’saħħithom ħalli l-messaġġ jibqa’ jasal u l-għan jintlaħaq. |
Other Press Releases:
PR261987
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...
PR261986en