Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI

pr1437A
Date Icon 28/08/2009
L-Onor. Bartolo qed jerga` jindaħal fi proċesstal-għoti ta’ tender waqt li l-proċess ta’ evalwazzjoni għadu għaddej.
Danil-proċess miexi skont il-provvedimenti  ppublikati fl-istess tender.    L-evalwazzjoni kompleta tal-offerti skont l-istess proċess publikat għadu mhux konkluz u l-Ministru huwa nfurmat li l-Bord tal-MITA għad irid jiriċievi r-rapport komplet, inkluż l-aspetti tekniċi u finanzjarji, sabiex tista` tittieħed deċizjoni.
Il-bord maħturbiex jevalwa l-offerti għandu jasal għar-rakommandazzjoni b’mod independenti bbazat fuq kunsiderazzjonijiet professjonali w mhux fuq stqarrijiet minn min juza l-pozizzjoni politika tiegħu biex jipprova jinfluwenza process miexi skont prattici stabbiliti bil-ligi u mgħarufin sew ma’ dawk li jippartecipaw f’offerti bħal dawn.
Minkejja li fl-ewwelżewġ stadji s’issa kull offerent kellu perijodu skont il-liġi sabiex jappella, l-ebda appell ma ġie sottomess.  Meta decizjoni tittieħed fuq l-evalwazzjoni kompleta, u din tiġi ppublikata, l-istess dritt ta’ appell jibqa’ japplika għal kull offerent.
Li jsirustqarrijiet publiċi u allegazzonijiet immirati sabiex jimminaw il-proċess zġur ma jistax jitqies ħlief ta’ xkiel intenzzjonat biex jiġi svijjat il-proċess.

Li l-Onor. Bartolo jalludi li hemm tbagħbis meta huwa car li hemm process regolari ghaddej mhuwiex accettabli u juri nuqqas ta’ etika u serjeta` meta r-risponsabbilita` tirrikjedi li l-evalwazzjoni ta’ offerti bħal dawn isir minn nies professjonali mingħajr l-ebda ndħil u fil kuntest tal-provvedimenti li tagħti il-liġi sabiex tiżgura l-integrita` tal-proċess.  

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

Aktar Stqarrijiet Right arrow