STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI
pr1437A
28/08/2009
| L-Onor. Bartolo qed jerga` jindaħal fi proċess | tal-għoti ta’ tender waqt li l-proċess ta’ evalwazzjoni għadu għaddej. |
| Dan | il-proċess miexi skont il-provvedimenti ppublikati fl-istess tender. L-evalwazzjoni kompleta tal-offerti skont l-istess proċess publikat għadu mhux konkluz u l-Ministru huwa nfurmat li l-Bord tal-MITA għad irid jiriċievi r-rapport komplet, inkluż l-aspetti tekniċi u finanzjarji, sabiex tista` tittieħed deċizjoni. |
| Il-bord maħtur | biex jevalwa l-offerti għandu jasal għar-rakommandazzjoni b’mod independenti bbazat fuq kunsiderazzjonijiet professjonali w mhux fuq stqarrijiet minn min juza l-pozizzjoni politika tiegħu biex jipprova jinfluwenza process miexi skont prattici stabbiliti bil-ligi u mgħarufin sew ma’ dawk li jippartecipaw f’offerti bħal dawn. |
| Minkejja li fl-ewwel | żewġ stadji s’issa kull offerent kellu perijodu skont il-liġi sabiex jappella, l-ebda appell ma ġie sottomess. Meta decizjoni tittieħed fuq l-evalwazzjoni kompleta, u din tiġi ppublikata, l-istess dritt ta’ appell jibqa’ japplika għal kull offerent. |
| Li jsiru | stqarrijiet publiċi u allegazzonijiet immirati sabiex jimminaw il-proċess zġur ma jistax jitqies ħlief ta’ xkiel intenzzjonat biex jiġi svijjat il-proċess. |
Li l-Onor. Bartolo jalludi li hemm tbagħbis meta huwa car li hemm process regolari ghaddej mhuwiex accettabli u juri nuqqas ta’ etika u serjeta` meta r-risponsabbilita` tirrikjedi li l-evalwazzjoni ta’ offerti bħal dawn isir minn nies professjonali mingħajr l-ebda ndħil u fil kuntest tal-provvedimenti li tagħti il-liġi sabiex tiżgura l-integrita` tal-proċess.
Other Press Releases:
PR261987
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...
PR261986en