AKTAR GĦAJNUNA GĦAL ATTIVITAJIET KULTURALI FIL-LOKALITAJIET.
pr1437
28/08/2009
| “Lejl f’Casal Fornaio”, | “Festival tal-Inbid”, “Festival tal-Hobz”, Wirja ta’ Pittura mill-artist Mark Borg u kompetizzjoni “Eco-Qormi” huma serje ta’ attivtajiet kulturali li se jsiru fil-lokalita’ ta’ Ħal Qormi matul ix-xahrejn li ġejjin. |
| F’konferenza tal-aħbarijiet li saret illum | fis-sala tal-kunsill lokali ta’ Ħal Qormi tħabbru dettalji dwar dawn l-attivitajiet li għandhom mhux biss ikomplu jsaħħu l-identita tal-lokalita’ ta’ Ħal Qormi iżda wkoll ikabbru l-potenzjal turistiku tal-lokalita’ u tal-pajjiż. |
| Meta ndirizza l-konferenza stampa s-Segretarju | Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, Chris Said faħħar l-inizzjattiva tal-kunsill lokali ta’ Ħal Qormi u qal li dan il-kunsill qed jaħdem ħafna biex iġib ‘il quddiem il-kultura fil-belt ta’ Pinto u jesponi bl-aħjar mod possibbli l-aspetti kollha li jagħmlu l-lokalita’ u l-kommunita’ dak li hi. |
| Chris Said qal li kull lokalita’ ghandha l-karatteristiċi | li jiddistingwuha minn lokalitajiet oħra u li jtuha identita unika. Iżda din l-individwalita’ m’ghandhiex titqies bħala barriera. Anzi din għandha tkun bieb li jinfetaħ beraħ biex oħrajn jiġu jesperjenzawha u jsiru parti minnha. B’dawn l-attivitajiet il-kunsill lokali ta’ Ħal Qormi qed juża l-karatteristiċi tal-lokalita’ sabiex jiġbed lejh nies li ġejjin minn ambjenti differenti. Hekk kulturi differenti jitwaħħdu flimkien u kulħadd ikun qed iwessa’ l-orizzonti tiegħu. |
| Chris Said qal li s-Segretarjat Parlamentati | għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni qed jgħin fl-organizzazzjoni ta’ wħud minn dawn l-attivitajiet bħala parti mill-Iskema Attivitajiet Kulturali li permezz tagħha l-kunsilli lokali qed jorganizzaw attivitajiet kulturali matul ix-xhur mhux soltu abbinati mat-turiżmu. |
| Is-Segretarju Parlamentari qal li din | l-inizzjattiva kienet suċċess kbir tant li għas-sena li ġejja il-fond żdied għal 250,000 Euros. |
| Chris Said semma l-Festival tal-Inbid u | l-Festival tal-Hobż u qal li dawn huma tradizzjonijiet importanti f’Ħal Qormi u l-kunsill lokali qed jagħmel tajjeb ħafna li jżommhom ħajjin u jsaħħaħhom. Permezz tat-tiġdid tal-kunsilli lokali l-istess kunsilli se jkunu qed jieħdu ħsieb il-patrimonju tal-lokalita’ tagħhom u dawn it-tradizzjonijiet huma patrimonju ta’ Ħal Qormi. |
| Chris Said qal ukoll li l-kunsilli lokali se | jingħataw l-inizzjattiva biex jgħinu u jippromwovu t-talent lokali u għalhekk huwa ta’ sodisfazzjoni wieħed jinnota li matul dawn l-attivitajiet se jkun hemm ukoll esibizzjoni ta’ xogħol ta’ artist lokali. |
| Fl-ambitu ta’ diversi nizzjattivi min-naħa | tal-Gvern Ċentrali dwar aktar indafa fil-lokalitajiet il-kunsill lokali ta’ Ħal Qormi se jniedi l-kompetizzjoni “Eco-Qormi” sabiex ir-residenti jiġu nċentivati jtejbu l-ambjent ta’ madwarhom u jagħtu dehera isbaħ lil-lokalita’. Chris Said semma l-inizzjattivi tal-Gvern favur aktar indafa, fosthom il-kompetizzjoni` Lokalitajiet Indaf` u qal li dan kollu jkun suċċess biss bil-kollaborazzjoni tal-kunsilli lokali. Dawn jistgħu jaħdmu fil-qrib mar-residenti sabiex tinbidel il-mentalita u kulħadd jibda jħares l-ambjent li ngħixu fih bħala d-dar tagħna wkoll. |
| Fl-aħħarnett Chris Said qal li l-kunsill | lokali qed jaħdem mill-qrib mal-għaqdiet tar-raħal sabiex itella’ dawn l-attivitajiet u dan hu l-mod li l-kunsilli għandhom jaħdmu bih sabiex jaċċertaw li l-kommunita’ tħossha parti u tkun parteċipi f’dak kollu li jkun qed jagħmel il-kunsill lokali. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261987
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...
PR261986en