Left arrow Go Back

566 Kors Differenti għall-Adulti

pr1436
Date Icon 28/08/2009
Persuni adulti li jixtiequ jagħmlu xi kors kemmtul in-nofs ta’ nhar ta’ fil-għodu jew inkella fil-għaxija, matul is-sena skolastika li ġejja, din is-sena se jkunu jistgħu jagħżlu minn varjeta’ ta’ 566 kors differenti offruti f’Malta jew Għawdex.
L-applikazzjonijiet għal dawn il-korsijiet bdewjintlaqgħu llum kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex. Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport, Dolores Cristina dal-għodu kienet fil-foyer tad-Direttorati Ġenerali tal-Edukazzjoni fil-Floriana fejn flimkien ma’ uffiċjali tad-Direttorat tat-Tagħlim Tul il-Ħajja laqgħet hi stess applikazzjonijiet għal dawn il-korsijiet.
Minn sena għal oħra dawn il-korsijietikunu mistennija u jkollhom attendenza qawwija.  Is-sena li għaddiet kien hemm aktar minn 7,400 persuna li attendew għalihom li 70%  minnhom kienu nisa.
Din is-sena, d-Direttoratgħat-Tagħlim Tul il-Ħajja tad-Direttorati Edukattivi qed joffri 445 kors f’Malta u 121 kors f’Għawdex. Il-korsijiet ivarjaw minn suġġetti akkademiċi, għal dawk fl-IT, snajja (bizzilla, ganutell u ħjata) u oħrajn fuq suġġetti anqas impenjattivi bħalma huma l-ballroom dancing u yoga.
Korsijietpopolari huma dawk tal-ECDL, Ballroom Dancing u Line Dancing kif ukoll dawk fil-Malti u fl-Ingliż Bażiku. Għal dawn il-korsijiet ikun hemm attendenza anki minn residenti barranin jew refuġjati. Għall-ewwel darba kemm ilhom isiru dawn il-korsijiet, fl-ewwel gurnata tal-applikazzjonijiet kien hemm sitt persuni li applikaw għal kors fil-Latin.
Numru minn dawn il-korsijiet ikunuorganizzati f’kollaborazzjoni mal-Kunsilli Lokali, u Għaqdiet Mhux Governattivi fosthom  il-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa, SEDQA, Villa Sant Anna, Caritas u Dar is-Sliem. Minn din is-sena, id-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja daħal bi sħab mal-FITA (Foundation for Information Technology Accessibility) u l-MITA (Malta Information Technology Agency) biex flimkien jorganizzaw korsijiet għall-adulti bi bżonnijiet speċjali, li jinkludu wkoll korsijiet li jwasslu għaċ-ċertifikat tal-ECDL.
Id-Direttoratgħat-Tagħlim Tul il-Ħajja twaqqaf f’Ġunju ta’ din is-sena. Minn din is-sena beda jieħu ħsieb ukoll dawn il korsijiet.
Din hiinizjattiva li għandha twassal biex sa Diċembru tas-sena 2010, iċ-Ċertifikati kollha li se jingħataw mill-Iskola tal-Arti, iċ-Ċentru tad-Drama u l-Iskola tal-Mużika, kif ukoll uħud mill-korsijiet tad-Direttorat tal-Lifelong Centre, fosthom dawk fil-Malti u l-Ingliż Bażiku jkollhom rikonoxximent uffiċjali mill-Kunsill Malti għall-Kwalifiki.
Minn din is-senaqed ikunu organizzati aktar korsijiet fiċ-Ċentru tal-Imsida u dawn se jkunu estiżi għal fil-għaxija wkoll.
Id-Direttoratgħat-Tagħlim Tul il-Ħajja hu wkoll responsabbli mill-ischolarships tal-ISTEPS u l-MGSS u beda ukoll ix-xogħol fuq Direttorju tal-Għaqdiet Mhux Governattivi (NGOs) li joffru korsijiet għall-adulti biex ikun hemm konformita’ f’dan is-settur.
Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ uSport, Dolores Cristina qalet li l-iskop ta’ dawn il-korsijiet hu li jkun hemm opportunitajiet ta’ tagħlim għal dawk kollha li jixtiequ jtejjbu l-ħila u l-għerf li diġa’ għandhom, kif ukoll ikunu pro-attivi u fuq quddiem nett fil-kontribut lejn soċjeta’ u l-ekonomija mibnija fuq l-għerf.
Hi qalet li permezz ta’ dawn il-korsijietikomplu jinfetħu opportunitajiet biex iċ-ċittadini ikunu attivi fis-soċjeta’ biex flimkien noħolqu u nmantnu kultura ta’ tagħlim tul il-ħajja fejn nisħqu li qatt m’hu tard biex wieħed jitgħallem.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

More Press Releases Right arrow