Left arrow Mur Lura

IL-PRESIDENT GEORGE ABELA FIT-TIENI JUM TAZ-ŻJARA STATALI TIEGĦU FIL-QATAR

pr1435
Date Icon 27/08/2009
Il-President George Abela, akkumpanjt mill-ViciPrim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin Tonio Borg kompla biż-żjara tiegħu fil-Qatar.
Illum komplew jissaħħu r-relazzjonijietbilaterali bejn il-Qatar u Malta permezz ta’ l-iffirmar ta’ ftheim bejn il-Lufthansa Technik Malta u l-Qatar Airways.  Il-ftehim se jwassal biex il-linja nazzjonali tal-Qatar tieħu iktar minn 20 ajruplan tagħha fil-faċilitajiet ta' Lufthansa Technik Malta f'Ħal Farruġ għat-tiswija u manutenzjoni.
Akbar Al Bakar,ic-Chief Executive Officer tal-Qatar Airways, laqa’ bi pjaċir lill- President ta’ Malta u esprima sodisfazzjon li l-President Abela kien preżenti għal dan l-iffirmar importanti, peress li Lufthansa Technik Malta toffri faċilita’ ta’ manutenzjoni ta’ l-avjazzjoni ta’ l-oghla livell.
Is-Sur LouisGiordimaina, Chief Executive Officer – Lufthansa Technik Malta, qal li kien ta’ unur għalih u għall kumpanija li l-President George Abela kien prezenti għal din l-okkażjoni.. Il-President George Abela awgura liż-żewġ kumpaniji ħafna suċċess.
Il-PresidentGeorge Abela ndirizza Business Forum mħejji mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Malta Enterprise flimkien mal-Kamra tal-Kummerċ u Industrija tal-Qatar. F’dan il-Business Forum attendew is-26 negozjanti Maltin, li qegħdin jakkumpanjaw lill-President Abela fiż-żjara tiegħu fil-Qatar sabiex jesploraw opportunitjiet ta’ investimenti fil-Qatar, kif ukoll numru ta’ negozjanti mill-Qatar. Waqt din iż-żjara fil-Qatar in-negozjanti Maltin kellhom diversi laqgħat ma’ negozjanti mill-Qatar sabiex jesploraw opportunitajiet ta’ negozju bejn iz-żewġ pajjiżi.(Diskors tal-President George Abela – Press Release Nru 1434))
Matul il-ġurnata,il-President Abela żar il-Mużew Islamiku tal-Qatar kif ukoll ‘Qatar Djar’, l-ikbar kumpanija ta’ kostruzzjoni li tibni proġetti kbar statali.
Iktar tard waranofsinhar, il-President George Abela żar il-Qatar Foundation illi l-iskop tagħha huwa li toħloq bażi soda u ta’ opportunita’  ta’ edukazzjoni fil-Qatar f’kull livell.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

Aktar Stqarrijiet Right arrow