STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ERARJI PUBBLICI U ARTIJIET
pr1433
27/08/2009
| Ebda | Ksur ta’ Data Protection |
| Is-Segretarjat Parlamentari għall-Erarji | Pubblici u Artijiet jinnota b’sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-Kummissarju għall-Protezzjoni tad-Data b’konnessjoni mal-file tal-Każin tal-Partit Laburista tas-Siġġiewi datata 24 ta’ Awwissu 2009, liema deċiżjoni tikkonkludi bl-iktar mod ċar illi fl-ebda waqt ma kien hemm ksur tal-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data. Għalhekk l-allegazzjonijiet kollha li saru mill-Partit ta’ l-Oppożizzjoni u mill-media tal-Partit ta’ l-Oppożizzjoni kienu infondati. |
| Ir-rapport tal-Kummissarju għall-Protezzjoni | tad-Data jixħet dawl fuq il-fatt illi kienet haġa normali li l-file kien għand is-Segretarju Parlamentari. Ir-rapport jgħid: |
| Hija l-proċedura normali ta’ | amministrazzjoni li titħaddan mid- |
| Dipartiment | tal-Artijiet, li fejn tidħol deċiżjoni ta’ policy, il-files li |
| fuqhom tkun trid tittieħed | tali deċiżjoni, jgħaddu għand is-Segretarju |
| Parlamentari għall-Erarji | Pubbliċi u Artijiet għall-approvazzjoni. |
| Dan ixejjen l-akkużi tal-media tal-Partit ta’ | l-Oppożizzjoni illi allegaw abbuż f’dan il-pass tal-proċedura. |
| Ta’ min jinnota li r-Rapport jgħid ukoll illi “id-Dipartiment | (tal-Artijiet) ipprovda l- informazzjoni kollha meħtieġa u kkopera bl-iktar mod xieraq”. Hekk jagħmel min ma jkollu xejn x’jaħbi. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261987
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...
PR261986en