Left arrow Mur Lura

348 Persuna f’Għawdex isibu xogħol permezz tal-‘Gozo Employment Aid Scheme’ u tal-‘Employment Aid Programme’

pr1432
Date Icon 27/08/2009
“348 persuna f’Għawdex sabu xogħol permezz tal-‘GozoEmployment Aid Scheme’ u tal-‘Employment Aid Programme’.” Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, l-Onor.  Chris Said waqt żjara li għamel fil-kumpless kummerċjali The Duke f’Victoria, Għawdex.
Chris Said zar tliett stabbilimenti f’danil-kumpless li kollha bbenefikaw minn din l-għajnuna u ħolqu opportunitajiet akbar ta’ xogħol fil-gżira Għawdxija.
Chris Said qal li bejn l-2007 u l-2008,mill-programm “Gozo Employment Aid Scheme”, li kien finanzjat mill-Malta Enterprise u mħaddem mill-Employment and Training Corporation (ETC), ibbenefikaw 94 kumpanija u 264 ħaddiem li minnhom 139 kienu nisa.  37% ta’ dawk li pparteċipaw kienu nies li kienu qed jirreġistraw.
Din l-iskema serviet ta’ proġett pilota għall-EmploymentAid Programme li jikkontribwixxi sabiex jintegra persuni żvantaġġjati u persuni b’diżabilita’ fid-dinja tax-xogħol. Dan il-programm jiffaċilita wkoll l-aċċess għax-xogħol permezz ta’ assistenza finanzjarja.
L-‘Employment Aid Programme’, li jaqa’taħt il-European Social Fund, huwa amministrat mill-ETC f’Għawdex. Il-fondi allokati sal-24 ta’ dan ix-xahar jaqbżu l-420,000 Euros u minnhom bbenefikaw 56 kumpanija u 84 ħaddiem. Chris Said qal li l-programm jgħin biex itejjeb il-ħiliet ta’ dawk li huma mbiegħda mid-dinja tax-xogħol permezz ta’ esperjenza ta’ xogħol.
Is-Segretarju Parlamentari enfasizzal-importanza tat-taħriġ u tal-ħolqien tax-xogħol.  Huwa qal li mill-budget tal-Unjoni Ewropeja allokat għal Malta, hemm numru ta’ proġetti u skemi li huma mmirati mhux biss biex ikun hemm infrastruttura u tagħmir meħtieġ, imma wkoll biex il-ħaddiema żgħażagħ, dawk li qed ifittxu x-xogħol u dawk li jridu jibdlu x-xogħol tagħhom jitħarrġu u jingħataw esperjenzi ġodda.
Aktar minn 11,645 persuna ta’ etajiet differentipparteċipaw f’korsijiet ta’ edukazzjoni li saru b’fondi tal-Unjoni Ewropea fil-perjodu 2006-2008.  Fost il-korsijiet organizzati kien hemm dawk immirati lejn nisa tad-dar, nisa li jridu jiftħu negozju għal rashom, persuni b’diżabilita’għall-għalliema u oħrajn għall-anzjani. Fil-perjodu 2007-2013, grazzi għall-fondi tal-Unjoni Ewropeja, se jiġu organizzati ‘il fuq minn 200 kors ieħor u minnhom se jibbenefikaw aktar minn 20,000 persuna.
Chris Said faħħar l-inizjattivatal-istabbilimenti f’The Duke u lil 53 kumpanija oħra f’Għawdex li bbenefikaw mill-‘Employment Aid Programme’  talli mhux biss għarfu l-potenzjal u l-opportunitajiet li toffri l-Unjoni Ewropea, iżda wkoll għal fatt li ħolqu opportunitajiet ġodda ta’ xogħol.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

Aktar Stqarrijiet Right arrow