Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI

pr1430
Date Icon 26/08/2009
XI KWALIFIKI GHANDU L-ONOR. EVARISTBARTOLO?
Xi kwalifiki għandul-Onor. Bartolo biex jiġġudika min mill-erba’ kumpanija li daħlu għat-tender tal-MITA għandu jew m’għandux il-kwalifiki tekniċi pedagoġiċi biex imexxu korsijiet fl-ICT?
Xi stħarriġgħamel l-Onor. Bartolo biex jikkonkludi li xi kumpaniji jilħqu l-livell pedagoġiku mixtieq u oħrajn le?

Jista l-Onor. Bartolo jgħid min mill-erba’ kumpaniji imsemmija għandu jinqata’ barra għax ma jilħaqx il-livell pedagoġiku mixtieq? 

Fil-proċesstal-għoti tat-tender mill-MITA, il-Bord ta’ evalwazzjoni qabbad żewġ esperti pedagoġiċi biex jagħmlu rapport dwar il-kapaċità pedagoġika ta’ kull applikant għat-tender, liema rapport jintuża waqt l-evalwazzjoni tat-tielet pakkett tal-offerta.
Hu ovvju lifil-qasam ta’ kemm skola hi kapaċi jew le li tilħaq l-istandards pedagoġiċi rikjesti, il-MITA mhix se tagħmel l-evalwazzjoni hi stess u kien għalhekk li qabbdet esperti fil-materja.  L-esperti – li isimhom u r-rapport tagħhom jixxandar wara l-għoti tat-tender jew wara l-għeluq tal-appell li jista’ jkun hemm – huma esperti ta’ veru u mhux onorevoli li jippretendu li huma esperti.
L-Onor. Bartolomhux biss jippretendi li hu espert fil-materja iżda jippretendi wkoll li għandu wkoll is-sapjenza tal-ġudizzju li jista’ – mingħajr biss ma jgħaddi minn xi proċess ta’ evalwazzjoni – li hu waħdu jiddeċiedi min għandu jikkwalifika u min m’għandux u min għandu jirbaħ it-tender u min m’għandux.  Din mhi xejn għajr arroganza intellettwali u ndħil fi proċess ekwu u trasparenti li jippermetti lil min jipparteċipa fih li jiddefendi d-drittijiet tiegħu b’kull mod u manjiera.
Għalhekkil-Ministeru jerġa’ jistieden lill-Onor. Bartolo biex ma jibqax jindaħal fil-proċess tal-għoti tat-tender billi juża l-pulptu politiku għaliex il-konklużjoni ovvja hi li għandu interess sew f’min jirbaħ dan it-tender.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

Aktar Stqarrijiet Right arrow