IL-PRESIDENT GEORGE ABELA JAGĦMEL L-EWWEL ŻJARA STATALI TIEGĦU.
pr1429
26/08/2009
| Il-President George Abela llum kellu laqgħa | mal-Amir tal-Istat tal-Qatar, Sheikh Hamad bin Khalifa al-Thani, hekk kif wasal ġewwa Doha għal żjara statali ta’jumejn fil-Qatar. Il-President George Abela huwa akkumpanjat mill-Vici Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin, Tonio Borg. |
| Meta ndirizza l-membri | tal-istampa li qed jakkumpanjaw lill- President waqt din iż-żjara, il-President sostna illi ntlahaq l-iskop ta’ din iż-żjara statali bl-iffirmar ta’ sitt ftehim bejn iz-żewġ pajjiżi f’oqsma differenti. Il-President Abela żied jgħid illi waqt il-laqgħa li kellu mal-Amir fil-Palazz tiegħu f’Doha, l-Amir wera l-interess sabiex il-Qatar tinvesti f’Malta, b’mod speċjali fil-qasam tal-edukazzjoni u t-Turiżmu. |
| Min-naha tiegħu | il-President George Abela filwaqt li tenna li kien ta’ pjaċir għalih li l-ewwel żjara statali tiegħu kienet fil-Qatar, faħħar ir-relazzjonijiet bilaterali sodi li jeżistu bejn iż-żewġ pajjiżi. |
| Iktar tard illum | filgħaxija, il-President George Abela flimkien mal-Ministru Tonio Borg u d-delegazzjoni mistieden jattendi ikla statali ad unur tiegħu fil-Palazz tal-Amir, f’Doha. |
| Qabel ma wasal | Doha, il-President Abela żar Tecom Investments Dubai Internet City ġewwa Dubai fejn ingħata informazzjoni dwar il-kumpanija kif ukoll kien aġġornat dwar l-izvilupp tal-iSmart City f’Rikasoli, Kalkara. |
| Il-Ħamis 27 ta’ | Awissu, il-President mistenni jindirizza Business Forum mħejji mill-Ministeru ghall-Affarijiet Barranin u l-Malta Enterprise flimkien mal-awtoritajiet tal-Qatar. F’dan il-Business Forum ser jattendu is-26 negozjanti Maltin li qegħdin jakkumpanjaw lill-President Abela fiż-żjara tiegħu fil-Qatar sabiex jesploraw opportunitjiet ta’ investimenti fil-Qatar. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261987
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...
PR261986en