Ikompli x-xogħol ta’ titjib u tisbiħ fil-bini tal-Qrati
pr1428
26/08/2009
| Il-Ministru tal-Ġustizzja u | l-Intern, l-Onor. Carm Mifsud Bonnici illum wara nofsinhar żar il-bini tal-Qrati tal-Ġustizzja, fejn bħal issa għaddej xogħol estensiv ta’ titjib infrastrutturali f’diversi awli u zoni pubbliċi fl-istess bini. |
| F’diskors qasir lill-ġurnalisti preżenti, | il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern qal li l-bżonn li jsiru dawn ix-xogħolijiet nibet miż-żieda fix-xogħol, fin-numru ta’ impjegati u l-volum dejjem jikber ta’ nies li jkollhom jattendu l-Qorti. Kien għalhekk li nbeda proċess ħolistiku sabiex l-infrastruttura tal-Qorti u l-faċilitajiet li toffri jkunu jistgħu jaqdu l-bżonnijiet tas-soċjetà aħjar. |
| Matul is-sena li għaddiet ingħatat dehra ġdida | lill-bieb prinċipali u l-bibien l-oħra kollha tal-faċċata tal-Qorti fejn ġew restawrati sewwa, ingħataw l-verniċ u nbiddlu partijiet li kienu tħassru minħabba l-elementi. Sar ukoll xogħol estensiv għar-rinfurzar tal-kolonni fil-garaxx u fiż-żewġ sulari li jiġu fuqu. Waqt ix-xogħol fuq dan it-tender sar ukoll tisbiħ tal-garaxx fejn saret tindifa ġenerali, saru parking bays apposta għall-vetturi tal-Qorti, twaħħlu numru ta’ rubber bumpers ma’ kull kantuniera sabiex jiġu protetti l-karrozzi kif ukoll inbidel il-bieb tal-garaxx fejn dan sar wiehed ikkontrollat elettronikament u li b’hekk joffri sigurta akbar lill-binja. L-ispiża totali tax-xogħol ta’ tisħiħ u tal-bieb ġdid kienet ta’ €267,212. |
| Matul dawn l-aħħar tnax-il xahar kull awla ġiet | pprovduta b’arja kondizzjonata u b’hekk twaqqfet titħaddem is-sistema l-antika taċ-chillers li la kienet baqgħet effettiva u l-anqas effiċjenti. Iż-żieda fil-konsum tal-elettriku minħabba l-użu ta’ l-arja kondizzjonata ġie sorvolat b’iffrankar ta’ flus mix-xiri tad-diesel li s-sistema l-antika kienet tuża. Fil-fatt id-Diviżjoni tal-Qrati kienet tonfoq mal-€4,000 f’diesel kull sena. |
| Inbiddlu ukoll it-tabelli | ta’ direzzjoni kollha tal-Qorti u saru aktar moderni. It-tibdil ta’ uffiċini, iż-żieda ta’ bosta sezzjonijiet ġodda u t-tqassim differenti ta’ Qrati u Bordijiet irrenda t-tabelli l-antiki bla skop. It-tabelli l-ġodda huma colour-coded għal kull sular differenti u dan sabiex jgħin lill-pubbliku jorjenta ruħu aħjar f’din il-binja kbira. |
| Għaddej ukoll proċess ta’ modernizzar | tad-diversi arkivji li hawn fil-Qorti. Sa ftit tas-snin ilu l-volumi kienu għadhom jinżammu ġewwa gwardarobbi u xkaffar tal-injam ta’ żmien l-Ingliżi iżda issa qed jinxtara xkaffar modern, aktar robust iżda fl-istess ħin eħfef sabiex jitnaqqas il-piż minn fuq is-soqfa. S’issa ntefqu b’kemm jiswew €12,357 fi xkaffar. |
| L-aktar xogħol viżibbli qed isir bi proġett ta’ | tisbiħ li qed isir fl-awli fejn dawn qed jiġu restawrati estensivament. L-ewwel xogħol kien sar fl-awla tal-Qorti ta’ l-Appell fejn l-injam tagħha ġie restawrat u nbidlet l-art kollha. Minn hemm ittieħdet id-deċiżjoni li matul dan is-sajf kull awla isirilha refurbishment komplut. Ix-xogħol jinvolvi tiswija u bdil ta’ tapizzerija, għoti ta’ verniċ lill-bibien, panewwijiet, bankijiet u tribuni, kif ukoll tibjid. Inxtraw arloġġi ġodda għal kull awla. Ix-xogħol ma kienx faċli li jsir peress li bosta awli huma għolja maż-żewġ sulari u ried jintrama scaffolding. Barra minnhekk, minħabba li kien ilu snin twal ma jsir xi refurbishment fuq l-awli, l-injam kien xott ħafna u kellhom jiġu applikati bosta passati ta’ verniċ wara xogħol ta’ xkatlar. Sa issa diġa tlestew l-awli numri 4,6,7,12,13 u 22. Huwa ppjanat illi sa l-1 t’Ottubru 2009 jitlestew ukoll awli numri 5,8,15, 16 18 u 19 filwaqt li sal-aħħar tas-sena isir xogħol ukoll fuq l-awli numri 1 u 17. Dan ix-xogħol kollu s’issa sewa €13,370 fi flooring linolium, €8,000 f’materjal, minbarra ħlasijiet f’overtime. |
| L-Amministrazzjoni tal-Qorti qegħda wkoll tieħu | bosta inizzjattivi favur l-ambjent. Twaħħlu timers mal-water heaters biex tonqos il-ħela fil-konsum tad-dawl; saru bins apposta biex il-karti jinġabru għalihom u mhux ma’ l-iskart l-ieħor; twaħħlu solar tubes fir-raba’ sular b’valur ta’ €1,424 u d-dawl fil-kurridur ta’ dan is-sular huwa dawl meħud direttament mix-xemx; l-ilma għal-faċilitajiet sanitarji qiegħed jittieħed kollu minn ġiebja imdaqqsa li hemm fil-basement tal-Qorti filwaqt li anke saru diversi sessjonijiet ta’ informazzjoni lill-istaff kollu tal-Qorti dwar użu aħjar ta’ l-elettriku u l-ilma. Se jinbidlu wkoll it-twieqi li hemm fil-kurriduri u dan mhux biss biex ikun hemm tisbiħ estetiku iżda se jsiru bid-double glazing sabiex tinżamm temperatura komda matul ix-xhur kesħin tax-xitwa u fis-sħana tas-sajf. Iżda l-akbar proġett huwa t-twaħħil ta’ panelli fotovoltajiċi fuq il-bejt tal-Qorti. Dan il-proġett se jkun maqsum fuq sentejn u huwa ttamat li matul din is-sena jitwaħħlu l-ewwel panelli u b’hekk jibda jitnaqqas il-konsum ta’ l-elettriku Il-valur tal-proġett għall-ewwel sena huwa stmat li jlaħħaq mat-€38,000. |
Other Press Releases:
PR261987
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...
PR261986en