Left arrow Mur Lura

RIESQA LEJN IT-TMIEM L-EWWEL PARTI TAL-PROĠETT TA’ SKOLA SEKONDARJA ĠDIDA F’GĦAWDEX

pr1425
Date Icon 25/08/2009
Hekk kif fl-aħħar ta’Settembru terġa’ tibda sena skolastika ġdida, huwa mistenni li tiġi konkluża l-ewwel parti tal-proġett tal-bini ta’ skola sekondarja ġdida tas-subien f’Għawdex. B’hekk studenti li ser ikunu qed jattendu l-Kumpless tal-Liċeo Ninu Cremona fi ħdan il-Gozo College fis-sena skolastika li jmiss, ser ikunu jistgħu jagħmlu użu minn laboratorji u klassijiet ġodda li jagħmlu parti mill-ewwel blokk ġdid li nbena matul l-ewwel fażi ta’ dan il-proġett ambizzjuż.
Matul is-sena skolastika2008/2009 diġà kienu qed jintużaw xi laboratorji u workshops fis-sular t’isfel iżda din is-sena din l-iskola ser ikollha numru ta’ faċilitajiet ġodda li jinkludu tliet food laboratories, tliet art rooms kif ukoll xi klassijiet flimkien ma’ disa’ laboratorji tax-xjenza li ser ikunu qed jintużaw għat-tagħlim tal-Integrated Science,  Fiżika, Kimika u Bioloġija.
L-Onor. Giovanna Debono,Ministru għal Għawdex flimkien mal-Onor. Dolores Cristina, Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport, għamlu żjara fuq il-post fejn kienu akkumpanjati mill-periti inkarigati mix-xogħlijiet kif ukoll mill-Kap tal-iskola Dr Frank Abela. Waqt din iż-żjara setgħu jaraw il-klassijiet u laboratorji ġodda filwaqt li ngħataw ukoll informazzjoni dwar ix-xogħlijiet li hemm ippjanati fit-tkomplija ta’ dan il-proġett.
L-iskola sekondarja ġdidatas-subien f’Għawdex ser ikollha l-istruttura u l-faċilitajiet neċessarji biex jilħqu l-ħtiġijiet edukattivi moderni. Dan ser ifisser aktar aċċessibilità, ambjent isbaħ li joffri aktar sigurtà, kif ukoll mezzi ta’ tagħlim moderni li joffru opportunitajiet aqwa għall-istudenti Għawdxin. Dan il-proġett infrastrutturali ambizzjuż ser jinvolvi investiment ta’ €7 miljun u qed jiġi ko-ordinat mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport b’kollaborazzjoni mal-Ministeru għal Għawdex.
Il-bini tal-iskola ser ikunmifrux fuq medda ta’ 3,300 metru kwadru ta’ art u ser jinkorpora 45 klassi, 9 laboratorji tax-xjenza, 6 technology workshops, 4 laboratorji għat-tagħlim tal-kompjuters, librerija, Art, Home Economics u Needlework rooms, faċilitajiet amministrattivi u oħrajn li jkunu jistgħu jintużaw għas-servizz tal-istudenti bħal careerguidance rooms u resource rooms. L-iskola ġdida ser tipprovdi spazji miftuħa u faċilitajiet sportivi li jkunu jistgħu jintużaw kemm waqt attivitajiet mtellgħin mill-iskola kif ukoll oħrajn komunitarji. Il-proġett jaħseb ukoll għall-bini ta’ parkeġġ taħt l-art kif ukoll il-bini ta’ triq li tgħaqqad Triq l-Ewropa ma’ Triq Fortunato Mizzi b’konsiderazzjoni għas-sigurtà marbuta mas-servizz tat-trasport mogħti lill-istudenti li jużaw it-trasport pubbliku organizzat għall-istudenti tal-irħula f’Għawdex.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

Aktar Stqarrijiet Right arrow