Left arrow Mur Lura

IL-VIĊI PRIM MINISTRU U MINISTRU TAL-AFFARIJIET BARRANIN TONIO BORG F’LAQGĦA MA’ DELEGAZZJONI LIBJANA

pr1424
Date Icon 25/08/2009
Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-AffarijietBarranin Tonio Borg kellu taħditiet ma’ delegazzjoni Libjana mmexxija mis-Segretarju tal-Affarijiet Barranin tal-Kungress Ġenerali tal-Poplu Libjan is-Sur Suleiman Shoumi, fi ħdan il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin fil-Belt Valletta.
Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-AffarijietBarranin Tonio Borg qal li ġie rreġistrat progress fit-taħditiet bejn Malta u l-Libja tant li ġie ffirmat ftehim dwar il-Ħelsien mit-Tassazzjoni Doppja. Iż-żewġ pajjiżi qed ikollhom taħditiet regolari fuq livell politiku u tekniku fuq oqsma oħra fosthom dwar il-Visas, is-sajd u l-immigrazzjoni illegali.
Dwar l-immigrazzjoni illegali, il-Viċi PrimMinistru qal li n-numru ta’ immigranti li waslu f’Malta naqsu sewwa meta mqabbla mas-snin li għaddew u dan grazzi wkoll għall-ħidma li qed twettaq il-Libja. Minkejja dan, sostna l-Viċi Prim Ministru, il-problema tal-immigrazzjoni illegali xorta waħda qiegħda hemm u jeħtieġ li tkompli tkun indirizzata.
Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-AffarijietBarranin stqarr ukoll li se jkun qed jakkumpanja lill-President ta’ Malta Dr George Abela fiż-żjara statali li se ssir fil-Libja.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

Aktar Stqarrijiet Right arrow