Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI

pr1419
Date Icon 24/08/2009
L-Oppożizzjoni tfixkel biex ma jsirux korsijietta’ l-ICT
L-Oppożizzjoni Laburista permezz tal-kelliemtagħha, Evarist Bartolo illum harget stqarrija dwar tender mahrug mill-MITA li mhux biss għadu ma ngħatax imma li r-rapport dwaru għadu l-anqas biss tlesta.
Evarist Bartolo qed jipprova tfixkel proċesstrasparenti li għaddej bħalissa biex jingħata l-kors għad-Diploma fl-ICT, magħrufa aktar bħala Second Step Training Programme u għazel li jikkumenta dwaru qabel ma għadu biss ingħata, f’attentat sfaċċat biex jinfluwenza l-kors tal-istess tender.
Sal-lum il-proċess ta’ l-aġġudikazzjoni għadugħaddej. L-ewwel u t-tieni fażi ta’ dan il-proċess huma lesti pero’ fadal l-aktar fażi importanti biex jingħata t-tender u allura l-għażla tat-tenderer rebbieħ. Għalhekk l-allegazzjonjiet li għamel d-Deputat Laburista Evarist Bartolo huma mhux biss prematuri u infondati imma evidentement iridu jinfluwenzaw il-Bord tal-għażla fl-għażlalu tagħhom favur jew kontra tenderer/s partikolari.  Din l-azzjoni tal-Onorevoli Bartolo hi llegali u kontra kull etika għaliex il-proċessi ta’ tendering f’pajjizna huma regolati bil-liġi u kull min jidirlhu li dik il-liġi ma ġietx osservata għandu dritt jappella.
Minflok l-Onorevoli Bartolo ħa fuqu l-oneru lijkun akkuzatur, ġudikatur u Qorti tal-Appell, rwol li ċertament ma jixraqlux.
Fl-istqarrija tiegħu, l-Onor. Bartolo jinswab’mod l-aktar diżonest li l-Ministru Gatt jew kellu x’jaqsam ma’ xi għażla li suppost saret jew inkella saret biex taqdi xi interssi jew konnessjoni li l-Ministru Gatt suppost għandu.   Il-Ministru Gatt jiddikjara li hu diġa’ talab parir legali biex jara jistax jipproċedi f’każ ta’ libell kontra l-Onor Bartolo għax mhux biss ma kien involut f’ebda stadju tl-proċess iżda l-anqas biss kien jaf li kien hemm it-tender!
L-allegazzjonijiet li saru kemm fil-konfronttal-Ministru Austin Gatt kif ukoll fil-konfront tal-MITA huma meqjsa serji ħafna u għalhekk se jittieħdu l-mizuri kollha possibli kontra l-Onor. Bartolo
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

More Press Releases Right arrow