DĦUL FIS-SEĦĦ TA’ REGOLAMENTI RIGWARD SIGURTA’ FL-IKEL
pr1415
24/08/2009
| Il-Kummissjoni għas-Sigurta fl-Ikel tavża lil | pubbliku b’mod partikulari l-importaturi u l-kummerċjanti ta’ prodotti tal-ikel rigward numru ta’ regolamenti li ġew fis-seħħ fid-dati indikati hawn taħt: |
| Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1925/2006 | tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ 20 ta’ Diċembru 2006 dwar iż-żieda ta’ vitamini u minerali u ta’ ċerti sustanzi oħra mal-ikel |
| Skont Artiklu 15, kummerċjanti għandhom | jirreġistraw ikel li jkollu vitamini u minerali mal-Awtorita Kompetenti wara li dan l-ikel ikun tpoġġa fis-suq, billi jipprovdu kampjun tat-tikketta użata fuq il-prodott. |
| Dan ir-Regolament ġie fis-seħħ fl-20 ta’ Jannar | 2008 u prodotti impoġġija fis-suq għandhom ikunu konformi ma dan ir-regolament sal-31 ta’ Diċembru 2009. |
| Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1333/2008 | tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar addittivi ta’ l-ikel |
| Dan ir-regolament ġie fis-seħħ fl-20 ta’ Jannar | 2008 imma għandu dati ta’ applikazzjoni diversi. Artiklu 24 jibda japplika mil-20 ta’ Jannar 2010. Prodotti li għandhom Sunset Yellow (E110), Quinoline Yellow (E104), Carmoisine (E122), Allura red (E129), Tartazine (E102) u Ponceau 4R, għandu jkollhom fuq it-tikketta din l-informazzjoni addizjonali, ‘jista jkollu effett negattiv fuq l-attivita u l-attenzjoni tat-tfal.’ |
| Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 | tal-20 ta’ Jannar 2009 li jikkonċerna l-kompożizzjoni u l-ittikkettjar ta’ oġġetti tal-ikel għal dawk li ma taqbilx magħhom il-glutina. |
| Dan ir-Regolament ġie fis-seħħ fi Frar 2009 u | japplika mil- 1 ta’ Jannar 2012. |
| Fil-każ ta’ xi diffikulta, l-konsumaturi huma | mitluba biex jagħmlu kuntatt mas-segretarjat tal-Kummissjoni għas-Sigurta fl-Ikel fuq in-numru Tel: 21344049 bejn 08.00 hrs u 14.00 hrs. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261987
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...
PR261986en