ĠNIEN ORESTE CHIRCOP FIL-ĦAMRUN- PROĠETT IEĦOR PERMEZZ TA’ FONDI SPEĊJALI MILL-URBAN IMPROVEMENT FUND
pr1414
24/08/2009
| “L-Urban Improvement Fund huwa għodda | finanzjarja oħra li qed tgħin `il kunsilli lokali biex jagħmlu inizzjattivi u proġetti sabiex intejjbu u nsebbħu l-ambjent urban”. Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni Chris Said meta żar xogħlijiet li għaddejin bħalissa fuq Ġnien Oreste Chircop fil-Ħamrun. |
| Ix-xogħolijiet jikkonsistu f’kostruzzjoni mill-ġdid | ta’ dan il-ġnien u installazzjoni ta’ dawl u litter bins ġodda. Permezz ta’ dan il-proġett il-ġnien se jkollu wkoll feature bl-ilma u se jkun aċċessibbli għal kulħadd. Nofs il-proġett se jiġi finanzjat mill-Urban Improvement Fund |
| Dan il-proġett b’kollox se jiġi jiswa madwar | 155,600 Euros li 71,279 minnhom se jkunu finanzjati mill-Urban Improvement Fund. |
| L-Urban Improvement Fund huwa magħmul | minn pagamenti li jagħmlu tajjeb għan-nuqqas ta’ parkeġġi marbuta ma’ proġetti partikolari fil-lokalità u għalhekk, permezz ta’ dan il-fond, l-iżvilupp fil-lokalità jiffinanzja proġetti li jsebbħu l-ambjent urban. |
| Is-suċċess ta’ dan il-fond tal-MEPA huwa | riżultat tal-ħidma mill-qrib li l-MEPA qed twettaq mal-Kunsilli Lokali. |
| Chris Said qal li permezz ta’ dan il-fond | il-Gvern qed jikkonferma l-impenn tiegħu biex naslu għal-lokalitajiet sostenibbli filwaqt li qed jindirizza l-impatt li jħalli l-iżvilupp f’ċertu lokalitajiet billi jiġu ffinanzjati proġetti li jsebbħu l-istess lokalitajiet. |
| Chris Said qal li minbarra ż-żieda ta’ 17% fl-allokazzjoni | diretta lill-kunsilli lokali hemm diversi fondi oħra addizzjonali li qed jgħinu `l kunsilli lokali jaħdmu aħjar u jilħqu l-aspetattivi tar-residenti. |
| L-Urban Improvement Fund huwa wieħed | mis-sorsi ta’ finanzjament addizzjonali u fl-aħħar sentejn u nofs dan il-fond qabeż it-8 miljun Euro. |
| Xogħlijiet oħra li għaddejin fil-Ħamrun | fil-preżent huma t-tieni fażi tal-proġett ta’ kostruzzjoni ta’ parkeġġ taħt l-art u uffiċċju amministrattiv tal-kunsill lokali, u eżerċizzju estensiv ta’ patching tat-toroq u tindif ta’ culverts tal-ilma tax-xita. |
| Is-Segretarju Parlamentari Chris Said qal li l-lokalità | tal-Ħamrun għandha livell ta’ żvilupp kummerċjali qawwi u dan joffri sfida qawwija sabiex il-lokalita’ tinżamm fuq livell sostenibbli. |
| Chris Said faħħar lill-kunsill lokali tal-Ħamrun | għal mod kif dan, minkejja d-diffikultajiet kollha li joffru ċ-ċirkostanzi partikolari tal-lokalità, qed jaħdem bis-sħiħ biex il-Ħamrun jiżviluppa b’mod sostenibbli u jipprova joħloq bilanċ bejn l-aspett kummerċjali u l-kwalita tal-ħajja tar-residenti. |
| Chris Said qal li l-kunsill lokali ta-Ħamrun | għadu kif applika b’suċċess biex jieħu s-somma ta’ 25,000 Euro sabiex iħejji studju dwar żvilupp sostenibbli fuq livell ħolisitiku. Dan huwa parti minn proġett pilota li fih se jkunu qed jieħdu sehem tlett lokalitajiet bil-ħsieb li `il quddiem jinfirex fuq il-lokalitajiet kollha f’Malta u Għawdex. |
Other Press Releases:
PR261987
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...
PR261986en