Left arrow Go Back

STQARRIJA TAL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI

pr1412
Date Icon 22/08/2009
JOSEPH MUSCAT JIRREPETIALLEGAZZJONIJIET META JAF LI HUMA ŻBALJATI
Il-Mexxej Laburista Joseph Muscat se jibqa’jinsisti fuq allegazzjonijiet foloz biex jallarma l-poplu dwar il-proġett ta’ l-impjant tal-power station ġdida f’Delimara.
Meta kien intervistat minnFrans Ghirxi (editur ta’ l-Orizzont), fil-Gżira, l-Mexxej Laburista allega li l-BWSC hi xi kumpanija privileġġjata. Dan jaf li mhux minnu għaliex il-proċess tat-tender u l-aġġudikazzjoni kien trasparenti totalment tant li l-ebda kumpanija oħra minn dawk li kienu qed jikkompetu m’appellaw.
Imma Joseph Muscat qed jagħżel li jibqa’ jqarraqbil-fatti biex dan l-impjant il-ġdid ma jinbeniex u b’hekk l-impjant antik tal-Marsa ma jingħalaqx.

·     L-impjant tal-magna Diesel se jipproduċi nofs l-emissjonijiet ta’ CO2 meta wieħed jikkomparah mal-impjant tal-powerstation tal-Marsa.

·     L-impjant tad-diesel se jiffranka madwar €300,000 kull ġimgħa meta kkomparat mal-impjant tal-Marsa.

·     L-impjant propost minn Bateman kien se jiġi jiswa €150,000 iktar kull gimgha biex jopera meta kkomparat mal-impjant tal-Marsa.   

Il-Mexxej Laburista hu żbaljat fuq diversi punti li sfortunatament jibqa’ jirrepeti: 

·     L-impjant il-ġdid se jkun jiswa’ €165 miljun u €18 miljun fuq ħames snin bħala manutenzjoni.  Total ta’ €183 miljun u mhux €200 miljun kif kien kwotat.

·     It-turbini tal-gass ta’ Bateman kienu se jiswew €149 miljun u €37 miljun fuq 5 snin bħala manutenzjoni.  Total ta’ €186 miljun.

·     L-impjant tad-diesel se jipproduċi 144MW fis-sajf meta kkomparat mal-115MW mit-turbini tal-gass ta’ Bateman.  It-turbini tal-gass fis-sajf jipproducu hafna inqas elettriku milli fix-xitwa minhabba li t-temperatura shuna f’dan il-perjodu tnaqqas l-efficjenza taghhom.  Biex niehdu ezempju turbina tal-gas li fix-xitwa tipproduci 38MW fis-sajf tipproduci biss 30MW.  Il-magni Diesel mhumiex affettwati b’din il-bidla fit-temperatura minn stagun ghall-iehor.

·     L-ispiża annwali għall-manutenzjoni tat-turbini tal-gass ta’ Bateman hija d-doppju tal-ispiża li jiswew il-magni Diesel.

·     L-impjant il-ġdid se jkun konformi mad-direttivi tal-EU kollha u kien disinjat skond l-aħħar teknoloġija eżistenti ta’ dan it-tip.

·     Il-magni Diesel li se jintużaw huma moderni u effiċjenti u mhux ‘teknoloġija antika’

·     Il-magni Diesel li se jintużaw se jiġġeneraw l-elettriku bi spiża ta’ 12.467 ċenteżmi tal-ewro kull KWh filwaqt li l-ispiża biex jiġi ġġenerat l-elettriku bit-turbini tal-gass ta’ Bateman jiswew 16.823 ċenteżmi tal-ewro kull KWh. Dan kien ibbazat fuq l-ispecifikazzjonijiet li saru mill-offerenti u spejjez ta’ fuel li kienu specifikati fit-tender.

·     L-ispiza tal-operat tal-magni Diesel se tkun biss tlett kwarti ta’ dak li kieku jiswa biex joperaw t-turbini hekk kif proposti minn Bateman.  L-ispejjez sabiex jigi prodott kWh bil-magni Diesel huwa ta’ €c12.467 filwaqt li l-ispiza biex jigi prodott kWh bit-turbini tal-gass ta’ Bateman huwa ta’ €c16.823

·     Anke jekk wieħed ma jikkonsidrax l-ispiża kapitali u spejjeż ta’ manutenzjoni, xorta wieħed isib li l-impjant tal-magni Diesel jiswa biss 80% sabiex jopera meta kkomparat ma dak li kieku jiswew it-turbini tal-gass proposti minn Bateman.

·     Anke jekk il-gass naturali jkun disponibbli fl-2016, u l-magni Diesel ikunu kkonvertiti sabiex joperaw bil-gass bi spiża ta’ €27 miljun, l-ispiża totali sabiex jopera dan l-impjant tkun biss 80% ta’ dak li kieku jkun jiswa’ sabiex wieħed jopera t-turbini tal-gass proposti minn Bateman

·     Fl-ewwel 10 snin s-somma ta’ €230 miljun se tkun ffrankata billi jintużaw l-magni Diesel flok it-turbini tal-gass ta’ Bateman. Dawn kieku kollha jridu jingarru fit-tariffi tal-elettriku.

·     L-emissjonijiet tas-CO2 tal-magni Diesel u l-impjant tal-gass ta’ Bateman huma kważi l-istess.

·     L-impjant tad-diesel se jokkupa 4940m2 meta kkomparat ma 3848m2  li l-impjant ta’ Bateman kien se jokkupa.  Dan xorta se jħalli 6600 metru kwadri għall-espannsjoni fil-futur.

·     Il-Kumpanija Bateman tħallew ibiddlu b’mod sostanzjali l-offerta tagħhom waqt il-proċess ta’ negozjati qabel tefgħu l-offerta tagħhom f’Settembru 2008.  Waqt dawn in-negozzjati, Bateman biddlu l-ispecifikazzjonijiet teknici taghhom, it-tip ta’ boiler li kienu se juzaw u d-disinn tat-turbini u kif ukoll il-manifatturi ta’ dan l-impjant

·     Il-Kumpanija Bateman b’mod mhux etiku għall-aħħar talbu li jbiddlu l-offerta tagħhom f’Novembru 2008 sabiex jippreżentaw ‘idejat innovattivi’ fl-offerta tagħhom.  Din it-talba ma ġietx milqugħa mid-dipartiment tal-Kuntratti

·     L-ebda appell jew oġġezzjonijiet ma tqajmu mill-offerenti.  Fl-ebda mument ħadd, inkluż Bateman, ma allega li l-proċess kien ivvizzjat jew li l-ispeċifikazzjonijiet tat-tender kienu inġusti.

·     L-offerta ġiet aġġudikata minn żewġ timijiet ta' sitt uffiċjali l-wieħed u r-rapporti tal-aġġudikazzjoni ġew eżaminati u approvati mid-Dipartiment tal-Kuntratti u l-Kumitat tal-Kuntratti Ġenerali (General Contracts Committee).

·     Il-kumitat prinċipali għall-aġġudikazzjoni kien jinkludi żewġ uffiċjali pubbliċi minn barra l-Korporazzjoni.

·     Iċ-Chairman u u wieħed mill-membri tal-Kumitat tal-Bidla fil-Klima kienu fuq il-kumitat tal-aġġudikazzjoni.

·     L-apparat tat-tindif tal-emissjonijiet huwa magħmul minn tagħmir standard użat normalment fuq impjanti ta' kombustjoni oħra.

·     Dan l-impjant huwa kkonsidrat bħala ‘prototype’ sempliċiment minħabba l-fatt li magni oħra tad-Diesel ma jagħmlux użu min apparat li jnaqqas l-emissjonijiet. Hemm magni Diesel li ghandom de NOx (apparat li jnaqqas l-emissjonijiet ta’ gassijiet maghrufa bhala Nitrogen Oxide) u filtri tat-trab u oħrajn li ghandom deSox (apparat li jnaqqas l-emissjonijiet ta’ gassijiet maghrufa bhala sulphur dioxide emissions) u filtri tat-trab biss, iżda huma ftit li ghandom kollox, kif ġie speċifikat mill-Enemalta.

·     Se jintużaw 35 tunellata ta’ Sodium Bicarbonate (magħruf ukoll bħala ‘baking powder) sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ SO2.   Dan il-materjal jintuża f’ammonti kbar fl-industrija tal-ikel.

·     30 tunellata kulljum ta’ Urea se jintuża sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ NOx.  Dan jintuża fl-industrija tal-farmaċewtika u kif ukoll bħala fertilizzant.

·     *L-impjant se jipproduċi 30 tunellata kulljum ta’ skart li se jkun esportat fl-istess kontejners li se jintużaw sabiex jiġi importat is-Sodium Bicarbonate.

·     95% mill-iskart li se jkun prodott mhuwiex tossiku u jinkludi sodium carbonate u Sodium Sulphate li huma materjali li jintużaw sabiex jiġi manifatturat deterġenti u sabiex jitrattab l-ilma.  Filwaqt li l-5% l-iehor huwa irmied li jigi prodott mill-hruq tal-fuel.

·     L-impjant tad-diesel se jipproduċi tunellata kulljum ta’ ħama ta’ żejt u mhux 1,000 tunellata fis-sena kif qal l-Orizzont.

·     Li l-apparat li jnaqqas l-emissjonijiet jaħdem huwa inkluż ‘ta bilfors’, u jekk dan l-apparat ma jaħdimx l-impjant ma’ tigiex mghoddija lil Enemalta.

·     L-impjant tad-Diesel se jkun iżjed nadif u iżjed sigur sabiex il-ħaddiema jaħdmu fuqu meta mqabbel mal-impjant tal-Marsa.

·     Magni Diesel jintużaw fid-dinja kollha.  L-EdF, il-kumpanija li tipproduċi l-elettriku fi Franza se tixtri 48 impjant simili għal dak li se jiġi installat f’Malta.  Dawn l-impjanti se jiġu nstallati fil-gzejjer Franċiżi.

·     Korsika se jkollha impjant ta’ 130 MW jaħdem bid-Diesel.

·     Cipru ghanda impjant ta’ 100 MW jaħdem bid-Diesel.

·     Kreta ghanda impjant ta’ 100 MW jaħdem bid-Diesel. 

Dawn huma l-fatti dwar din l-estensjoni tal-power station fil-Marsa – fatti li l-Mexxej Laburista u l-media laburista flimkien ma’ dik tal-GWU jibqgħu jinjoraw biex jallarmaw lill-poplu 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

More Press Releases Right arrow