Left arrow Go Back

IL-VIĊI PRIM MINISTRU U MINISTRU TAL-AFFARIJIET BARRANIN TONIO BORG JILQA’ DELEGAZZJONI MIR-REPUBBLIKA TAL-KOREA

pr1407
Date Icon 21/08/2009
Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-AffarijietBarranin Tonio Borg kellu taħditiet ma’ delegazzjoni mill-Assemblea Nazzjonali tar-Repubblika tal-Korea immexxija mis-Sur Lee Yong-Kyung.  Il-Viċi Prim Ministru kien akkumpanjat fost oħrajn mis-Segretarju Permanenti fil-Ministerru tal-Affarijiet Barranin Cecilia Attard Pirotta. Il-laqgħa saret fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin fil-Belt Valletta.
Fuq l-aġenda tad-diskussjoni, il-Viċi PrimMinistru tkellem dwar ir-relazzjonijiet diplomatiċi tajbin li jeżistu bejn iż-żewġ pajjiżi. Huwa stqarr li dawn kienu bdew ftit wara li Malta ħadet l-Indipendenza u jmorru lura għall-1965. L-Onor. Tonio Borg kompla jgħid li r-relazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi kompliet tiżviluppa u llum laħqet livelli tajbin ħafna li qed jissarfu f’opportunitajiet mhux biss politiċi iżda wkoll ta’ kummerċ u investiment.
Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-AffarijietBarranin Tonio Borg tkellem dwar il-passi li għamlet Malta fil-politika tagħha u semma d-dħul fl-Unjoni Ewropea, l-addozzjoni tal-munita ewro u d-dħul fiz-zona Schengen. Huwa stqarr li b’riżultat tad-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea l-investiment dirett barrani irdoppja fl-aħħar snin. L-Onor. Tonio Borg tkellem dwar dak li toffri Malta fil-qasam tas-servizzi u semma fost l-oħrajn is-suċċess li qed ikollu pajjiżna fis-servizzi finanzjarji. Tkellem dwar ir-rwol ta’ Malta fil-Mediterran u stqarr li Malta dejjem kellha rwol importanti fis-sitt Fora li jeżistu fil-Mediterran, tant li minn dejjem kienet minn ta’ quddiem fit-twaqqif ta’ ħafna minnhom. Hawnhekk huwa stqarr l-importanza li Malta tagħti lis-settur marittimu fl-istorja.
Dwar il-kummerċ bejn iż-żewġ pajjiżi, il-ViċiPrim Ministru sostna li dawn qed jitjiebu u li hemm potenzjal kbIr biex ikomplu jissaħħu fil-futur. Huwa semma li Malta timporta f’valur ta’ 55 miljun ewro mill-Korea, fosthom dawk marbuta mas-settur awtomobilistiku u elettroniku, filwaqt li Malta tesporta ftit inqas minn 40 miljun ewro. Dwar l-ekonomija Maltija, il-Viċi Prim Ministru semma l-importanza tat-turiżmu u qal li dan huwa kruċjali għall-bosta impjiegi. Semma wkoll in-niċċa turistika tat-tagħlim tal-Ingliż u li bosta studenti minn diversi pajjiżi qed jagħżlu li jiġu jistudjaw l-Ingliż f’Malta.
Il-Viċi Prim Ministru offra l-kondoljanzi tiegħulid-delegazzjoni preżenti għall-mewt tal-eks President Korean Kim Dae-jung li miet ftit tal-ġranet ilu u li kien meqjus bħala wieħed mill-akbar politiċi li ħadem għall-għaqda, tant li rebaħ il-Premju Nobel għall-Paċi fis-sena 2000.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

More Press Releases Right arrow