Left arrow Go Back

Tislima lil George Samuel

pr1405
Date Icon 20/08/2009
Malta tilfetedukatur kbir, partikolarment fil-qasam tal-edukazzjoni għal dawk bi bżonnijiet speċjali, bil-mewt ta’ George W. Samuel li kien l-ewwel Assistant Direttur tal-Edukazzjoni b’responsabbilta’ għall-Bżonnijiet Edukattivi Speċjali fi ħdan id-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni.
Dawk kollha liħadmu mas-Sur Samuel kienu jammiraw is-sens ta’ dover li kellu (kien kburi li matul is-snin twal tal-karriera tiegħu qatt ma ħa ġurnata sick leave). Għalkemm ir-responsabilita’ li kellu kienet waħda diffiċli u sensittiva, dawk kollha li kienu jafuh kienu jammiraw l-onesta’ tiegħu u l-mod kif kollox ried jagħmel bis-sewwa u b’ġustizzja.
Fiż-żmien liokkupa din il-kariga kienu għaddejjin dibattiti sħaħ fil-qasam edukattiv dwar il-bżonn li studenti bi bżonnijiet speċjali jiġu nklużi fl-iskejjel mainstream. Hu ħa sehem attiv f’dawn id-dibattiti u fil-pjani li tfasslu aktar tard biex din il-bidla tkun tista’ sseħħ. Kien strumentali biex kien introdott is-Servizz ta’ Tagħlim fid-Dar għal dawk li minħabba d-diżabilita’ tagħhom ma setgħux jattendu l-iskola. Studenti li kienu jattendu l-Pieta’ Unit ġew akkomodati f’żewġ skejjel akbar – l-iskola Helen Kellen fil-Qrendi u l-iskola San Miguel f’Pembroke.  Minħabba nuqqas ta’ spazju fl-iskola ta’ l-Imsida, kien fi żmien George Samuel li nfetħet l-iskola Dun Manwel Attard, fil-Wardija.
Is-Sur GeorgeSamuel kien jagħti ħafna lectures fuq suġġetti li għandhom x’jaqsmu ma’ bżonnijiet speċjali kemm lill-istudenti tal-universita’ kif ukoll lill-għalliema waqt in-service courses.
Barra x-xogħoluffiċjali tiegħu, George Samuel kien għal ħafna snin is-Segretarju tal-Għaqda Maltija għall-Għomja u wara kien elett il-President tal-istess Għaqda.  Waqt il-presidenza tiegħu, l-Għaqda Maltija għall-Għomja bidlet l-istatut u saret tissejjaħ l-Għaqda Maltija tal-Għomja u sar ukoll possibbli li membri b’diffikulta’ fil-vista jibdew imexxu direttament l-Għaqda tagħhom stess.
F’dawn l-aħħarsnin is-Sur Samuel kien jokkupa l-post ta’ President tal-Kunsill ta’ l-iskola Dun Manwel Attard fil-Wardija, apparti x-xogħol fejjiedi li kien jagħmel fil-Millennium Chapel f’Paceville.
L-isem tas-SurGeorge Samuel jibqa’ sinonimu mal-Edukazzjoni ta’ Studenti bi Bżonnijiet Speċjali f’Malta u Għawdex.
Il-Ministerutal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport isellem il-memorja ta’ dan l-edukatur kbir u jestendi solidarjeta’ sħiħa mal-familja tiegħu f’dan il-mument diffiċli.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

More Press Releases Right arrow