TLETT KUNSILLI LOKALI JIEĦDU FONDI BIEX JAGĦMLU STUDJU DWAR ŻVILUPP TA’ LOKALITAJIET SOSTENIBBLI
pr1404
19/08/2009
| Il-kunsilli lokali ta’ Ħad-Dingli, il-Ħamrun | u San Lawrenz intgħażlu biex jingħataw fondi bl-iskop li jħejju studji dwar żvilupp ta’ lokalitajiet sostenibbli. Dan tħabbar mis-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, l-Onor. Chris Said waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret illum. |
| Għal din il-konferenza tal-aħbarijiet, li | ġiet indirizzata wkoll mid-Direttur tad-Dipartiment tal-Gvern Lokali, is-Sur Natalino Attard u l-President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, is-Sur Michael Cohen, attendew il-kunsilli lokali msemmija. Is-Sindki tal-lokalitajiet rispettivi tkellmu fil-qosor dwar il-proġetti tagħhom u l-għanijiet li se jkunu qed jippruvaw jilħqu. |
| Is-Segretarju Parlamentari Chirs Said qal li | b’kollox, il-bord tal-għażla kellu quddiemu 22 applikazzjoni minn 21 kunsill lokali u l-għażla finali ma kienitx waħda faċli. Huwa qal li minħabba l-interess qawwi li kien hemm fl-iskema u l-kwalita’ tal-proposti, finalment ġie deċiż li minflok żewġ lokalitajiet kif kien tħabbar, jintgħażlu tlett lokalitajiet li jvarjaw minn xulxin kemm bħala żona li jinsabu fiha, kif ukoll bħala daqs u popolazzjoni. |
| Chris Said qal li l-għan aħħari tat-tiġdid | tal-kunsilli lokali huwa li jkollna lokalitajiet sostenibbli u dawn it-tlett proġetti għandhom iservu ta’ punt ta’ tluq biex eventwalment nilħqu dan l-iskop u mhux biss ikollna lokalitajiet aħjar u isbaħ, iżda wkoll nottjenu kwalita’ ta’ ħajja aħjar għar-residenti fl-istess lokalitajiet. |
| Il-proġetti li se jidħlu għalihom il-kunsilli | lokali ta’ Ħad-Dingli, Ħamrun u San Lawrenz huma eżempju ta’ kif għandhom jibdew jaħsbu u jaħdmu l-kunsilli lokali f’pajjizna. Spiċċa ż-żmien li l-kunsilli lokali jippjanaw mil-lum għal għada; u llum dawn jibdew jippjanaw b’mod ħolistiku u fuq medda ta’ 5 snin jew aktar. |
| Barra minhekk il-kunsilli lokali se jkunu qed | ifasslu l-istrateġiji tagħhom bl-għajnuna ta’ esperti u nies professjonali biex jiġi aċċertat li dawn ikunu strateġiji sostenibbli li jlaqqgħu l-iżvilupp tal-preżent mingħajr ma jikkompromettu l-ġenerazzjonijiet tal-futur. |
| L-istrateġiji mfassla se jkunu wkoll | strateġiji ħolistiċi li jilħqu l-aspetti kollha tal-ħajja fil-lokalitajiet u dan jaqbel sew mal-istrateġija tal-Gvern li permezz tat-tiġdid tal-kunsilli lokali qed jinċentiva lill-kunsilli lokali biex jifirxu l-ħidma tagħhom fl-oqsma soċjali, kulturali u fis-settur tal-edukazzjoni. |
| Il-Gvern qed jikkommetti s-somma ta’ €75,000 | biex isiru dawn it-tlett studji għal żvilupp ta’ lokalitajiet sostenibbli, biex dawn iservu ta’ proġett pilota li fuqu jiġi mfassal pjan ta’ ħidma għal-lokalitajiet kollha għat-tlett snin li ġejjin. |
| Chris Said qal ukoll li d-Dipartiment | tal-Gvern Lokali għadu kif ħareġ ‘memo’ lill-kunsilli lokali sabiex dawn japplikaw għall-finanzjament ta’ proġetti specjali. Huwa ħeġġeġ lill-kunsilli lokali kollha biex iressqu l-proposti tagħhom sabiex jibbenefikaw minn din l-iskema u jkunu jistgħu jiżviluppaw il-lokalita’ tagħhom b’mod sostenibbli. |
| Fi tmiem il-konferenza tal-aħbarijiet ġew | iffirmati l-kuntratti ta’ ftehim mal-kunsilli lokali u tqassmu l-fondi li se jintużaw għal dawn l-istudji. |
Other Press Releases:
PR261987
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...
PR261986en