IL-VIĊI PRIM MINISTRU TONIO BORG B’APPELL FIL-JUM DINJI UMANITARJU
pr1402
19/08/2009
| Il-Viċi Prim | Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin, l-Onor. Tonio Borg appella biex ma jintesa qatt ix-xogħol siewi u ta’ sagrifiċċju kbir li jitwettaq minn dawk kollha li jagħtu l-assistenza umanitarja internazzjonali f’pajjiżi li jinsabu f’diffikultajiet minħabba diversi raġunijiet, fosthom instabbilta’ politika, gwerer u diżastri naturali. |
| Huwa qal dan fl-okkażjoni tal-Jum | Dinji Umanitarju li jiġi ċċelebrat fid-19 t’ Awissu madwar id-dinja kollha. F’din id-data partikolari, fl-2003 ir-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Maqgħuda fl-Iraq, Sergio Vieira de Mello, u 21 staff tal-Ġnus Maqgħuda kienu nqatlu fi splużjoni fil-kwartieri ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti f’Bagdad. B’din il-ġurnata għalhekk iddedikata għall-għajnuna umanitarja, ikun qed jingħata radd il-ħajr lil dawk kollha li tilfu ħajjithom waqt li jkunu qed jgħinu lil min hu fil-bżonn. |
| Il-Viċi Prim | Ministru Tonio Borg stqarr li f’Jum simili niftakru fil-bżonnijiet li għandhom bosta pajjiżi li huma fqar u li jinsabu fix-xifer ta’ kriżijiet politiċi u umanitarji. Huwa appella biex minkejja d-diffikultajiet li jistgħu jiltaqgħu magħhom dawk li jwettqu missjonijiet simili, xorta waħda l-pajjiżi l-kbar u l-komunitajiet internazzjonali ma joqgħodux lura milli jagħtu din l-għajnuna tant imprezzabbli li ssalva l-ħajja ta’ tant nies li jkunu qed isofru l-ġuħ u l-inġustizzja. |
| Il-Viċi Prim Ministru fakkar kif | il-Gvern Malti dejjem huwa lest li mill-ftit li jista’ u mir-riżorsi limitati tiegħu jgħin lil dawk il-pajjiżi li jinsabu fi bżonn. Fosthom huwa semma d-diżastri naturali li ħalla bosta nies mejta f’ L’Aquila fl-Italja u kif il-Gvern Malti offra l-għajnuna tiegħu f’dan ir-rigward. Ma naqasx milli jsemmi wkoll għajnuna oħra li offra l-Gvern Malti fosthom fit-terremot li laqgħat partijiet miċ-Ċina fix-xhur li għaddew. |
| Il-Viċi Prim | Ministru Tonio Borg ikkonkluda li dan il-Jum Dinji Umanitarju ifakkarna kif il-popolazzjonijiet tad-dinja huma kollha aħwa li għandhom bżonn l-għajnuna ta’ xulxin. Għaldaqstant l-ebda pajjiż m’għandu qatt jonqos minn dmiru u jassisti b’mod umanitarju fil-mumenti kruċjali u bżonnjużi. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261987
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...
PR261986en