Left arrow Go Back

DISKORS MILL-MINISTRU GĦALL-INFRASTRUTTURA, TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI, L-ONOR. AUSTIN GATT FL-INAWGURAZZJONI TAL-MOLL TA’ L-ISLA (EX-BOILER WHARF) – L-ERBGĦA 19 T’AWISSU 2009

pr1401
Date Icon 19/08/2009
F’dawn l-aħħar xhur il-Gvern vara numru ta’proġetti kapitali u llum qed naraw il-frott ta’ din il-ħidma, prinċipalment tal-Grand Harbour Regeneration Corporation (GHRC) u l-Malta Maritime Authority (MMA). Proġett li tlesta fil-ħin u fil-budget allokat. Din hija wegħda oħra mwettqa minn dan il-Gvern.
Dan il-proġett tal-Moll ta’ l-Isla/SengleaQuay (ex-Boiler Wharf) huwa proġett li ser jagħti ħafna mhux biss lil Isla iżda lit-Tlett Ibliet. • Rigenerazzjoni taż-żona • Aktar attivita ekonomika • Ambjent isbaħ
Fi ftit ġimgħat, minn meta ħabbarna danil-proġett (kien fis-27 ta’ Mejju) il-Gvern irnexxielu jbiddel Boiler Wharf minn moll tat-tarznari għal moll li jista’ jilqa’ fih l-isbaħ Cruise Liners u vapuri lussużi, bil-benefiċċji ekonomiċi kollha li jġibu magħhom. Dan se jkompli jtejjeb il-prodott li l-pajjiż joffri fis-settur tal-cruise liners, u li jkompli jpoġġi lil Malta f’pożizzjoni aħjar bħala destinazzjoni ewlenija u daqstant ieħor bħala bażi strateġika minn fejn joperaw kumpaniji internazzjonali rinomati fil-qasam tal-cruise liners.
Fil-fatt illum stess daħal il-Cruise Liner MVAEGEAN PEARL, cruise liner ta’ 163.5 metri, b’gross tonnage ta’ 16,710, iżda dan il-moll jista’ jilqa’ fih Cruise Liners ferm akbar.
Il-moll hu twil 385 metri u għandu fond ta’ 8metri. Huwa mgħammar bil-faċilitajiet kollha biex jilqa’ fih passiġġieri mill-Cruise Liners. Il-karreġġjata prinċipali hija ‘2 lane’, b’aċċess ikkontrollat.
It-Taxis huma barra ż-żona kontrollata biexil-passiġġieri jistgħu jagħżlu l-mezz tat-trasport li jixtiequ, darba li joħorgu miż-żona kontrollata.
Il-Coaches għandhom ukoll ‘marshalling area’kbira fejn jistgħu jistennew u jgħabbu l-passiġġieri għall-eskursjonijiet.
Dan il-proġett li dam għaddej tliet xhur,sewa €566,500 (€480,000 + VAT) u kien jikkonsisti fi: • Xogħol ta’ tindif tas-swar, tal-culverts u taż-żona kollha • Tneħħija ta’ magni mhux użati • Xogħlijiet fuq il-moll • Re-alinnjament tat-triq, wiċċ ġdid (tarmac) tat-triq, bankini ġodda, sinjali u tabelli ġodda. • Is-sub station inbiddel f’ufficini, facilitajiet għall-passiġġieri u ufficju tal-informazzjoni • Pre-fabricated guard houses • Xogħol ta’ fencing u gradi • Installazzjoni ta’ arbli tad-dawl, CCTV u xogħol ieħor tal-elettriku.
Għalkemm l-għan tal-Gvern hu li l-Kottoneratkun destinazzjoni turisitika, qed jaħdem ukoll biex itejjeb il-mezzi tat-trasport lejn il-belt Valletta.
Kif jissemma fid-dokument Viżjoni għalTrasport Pubbliku li jaqdi lill-Pubbliku f’kuntest ta’ sostenibbiltà ambjentali – “It-trasport pubbliku ghandu jibda jikkomprendi l-mezzi kollha ta’ transport possibbli. Irridu naraw lit-taxis tradizzjonali u dawk li jaħdmu bl-elettriku, lil-laneċ u lid-dgħajjes, jintużaw ħafna aktar bħala mezz regolari tat-trasport u jintegraw ħafna aktar ma’ xulxin fl-iskedar tagħhom”.
Kif ġa ħabbarna s-suq għat-trasport bil-baħarser jiġi liberalizzat ukoll. Tant hu hekk li kull min jixtieq jopera ‘water taxi’ jista’ jagħmel dan billi japplika għand il-Malta Maritime Authority. Fil-fatt hemm interess kemm minn operatur lokali kif ukoll minn operatur barrani. Illum waqt li se jkun hawn il-cruise liner se tibda topera l-water taxi.
Il-Barklori diġa’ joffru s-servizzi tagħhommill-Kottonera u l-MMA dalwaqt ser toħroġ offerta għas-servizz tal-ferries fil-Port il-Kbir, bil-possibilita’ li jkun hemm konnessjoni mas-servizz tal-ajru għal Għawdex.
Qed tigi studjata l-possibilita’ li jiġuntrodotti ‘transit stations’ biex jkun hemm integrazzjoni aħjar bejn it-transport ta’ l-art u tal-baħar
Dan hu l-ewwel proġett minn sensiela ta’proġetti li ser jara r-riġenerazzjoni tal-Kottonera, iżda hemm proġetti oħrajn: • Il-proġett tal-Landscaping ta’ Dock 1 iffinanzjat minn fondi tal-European Regional Development Fund (ERDF) tal-Unjoni Ewropea, li ser jibda kmieni s-sena d-dieħla • It-tender li nħareġ mill-Awtorita’ Marittima Maltija biex jiġu rilokati t-tankijiet li hemm fil-Forti Rikażli • Xogħlijiet oħra ta’ ippjanar biex jingħaqad ix-Xatt ta’ l-Isla max-Xatt tar-Rinella
Dawn huma kollha proġetti li ser jagħtu ħajjaġdida lill-Kottonera u flimkien mat-tisbiħ li diġa’ sar f’Xatt ir-Risq ser itejbu l-kwalita’ tal-ħajja tal-popolazzjoni tat-Tlett Ibliet.
Il-Gvern għand pjan ħolistiku biex jitjieb l-ambjentġenerali tal-Kottonera. Il-privatizzazzjoni tat-Tarzna għadha potenzjal li tattira investituri fit-tiswija u xogħlijiet oħra fil-qasam tas-super yachts. L-għan tal-Gvern hu li l-Baċiri fin-naħa ta’ l-Isla jiġu allokati għat-tiswijiet u refurbishment ta’ Super Yachts. B’hekk, fuq in-naħa ta’ l-Isla ma jkunx qiegħed isir xogħol goff tat-Tarzna u għaldaqstant ir-residenti ta’ l-inħawi jkunu jistgħu jgawdu minn ambjent aħjar.
B’hekk kif jissemma fid-dokument ta’ Viżjonigħall-Port il-Kbir, “l-attivita’ ekonomika fix-Xatt ta’ l-Isla kollu, sa taħt is-sur ta’ San Mikiel, ma jibqax ikollu l-impatt aggressiv ambjentali li tant jippreġudika l-kwalita’ tal-ħajja tar-residenti ta’ din il-belt.
Barra minhekk, l-Isla gradwalment tibdatgawdi wkoll, bħal ma ġara fil-Birgu mir-riġenerazzjoni ekonomika u strutturali li ssegwi b’mod naturali l-investiment infrastrutturali li jagħmel il-Gvern.”
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

More Press Releases Right arrow