65 KUMPANIJA JĦADDMU NIES TAĦT L-ISKEMA “EMPLOYMENT AID PROGRAMME”
pr1400
19/08/2009
| L-iskema “Employment Aid Programme” | ko-finanzjata mill-Unjoni Ewropea, qed tgħin lil 65 kumpanija minn setturi varji biex jimpjegaw magħhom persuni żvantaġġjati jew b’diżabilita’. Dawn il-kumpaniji bejniethom ibbenefikaw minn €450,000”. |
| Dan intqal mis-Segretarju Parlamentari | għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, l-Onor. Chris Said, waqt żjara li għamel fir-residenza tal-anzjani Casa Arkati fil-Mosta, li hi mmexxija mill-kumpanija Caremalta. |
| Caremalta hija waħda minn dawk il-kumpaniji | li bbbenefikaw mill-“Employment Aid Programme” u qed tħaddem 6 persuni, kollha nisa, permezz ta’ din l-iskema. |
| Chris Said qal li dan l-programm | jikkontribwixxi sabiex jintegra persuni żvantaġġjati u persuni b’diżabilita’ fid-dinja tax-xogħol. L-“Employment Aid Programme” jiffaċilita l-aċċess għax-xogħol permezz ta’ assistenza finanzjarja filwaqt li jtejjeb il-ħiliet ta’ dawk li huma mbegħda mid-dinja tax-xogħol permezz ta’ esperjenza ta’ xogħol. |
| Taħt din l-iskema, min iħaddem jingħata | ekwivalenti għal 50% tal-paga f’kaz ta’ persuni żvantaġġjati u 75% tal-paga fl-ewwel sena; u 60% fit-tieni u t-tielet sena f’każ ta’ persuni b’diżabilita’. |
| Ma’ dan il-programm wieħed irid isemmi wkoll | li permezz ta’ miżura li ġiet introdotta fil-budget tal-2008, min iħaddem qed jiġi eżentat mill-ħlas tas-Sigurta’ Nazzjonali meta dan iħaddem persuni b’diżabilita’. |
| Chris Said qal li permezz ta’ fondi li ġejjin | mill-Unjoni Ewropea, il-Gvern qed jinvesti fil-ħaddiema u fl-ħolqien tax-xogħol. Mill-budget allokat għal Malta hemm numru ta’ proġetti u skemi li huma mmirati mhux biss biex ikun hemm infrastruttura u tagħmir meħtieġ imma wkoll biex il-ħaddiema, żgħażagħ, dawk li qed ifittxu x-xogħol u dawk li jridu jibdlu x-xogħol tagħhom, jitħarrġu u jingħataw esperjenzi ġodda. |
| Aktar minn 11,645 persuna ta’ etajiet | differenti ipparteċipaw f’korsijiet ta’ edukazzjoni li saru b’fondi tal-Unjoni Ewropea fil-perjodu 2004-2006. Fost il-korsijiet organizzati kien hemm dawk immirati lejn persuni b’diżabilita’, nisa tad-dar, nisa li jridu jiftħu negozju għal rashom, għalliema u anzjani. |
| Chris Said qal ukoll li mill-fondi allokati | għal Malta bejn l-2007 u l-2013, ser jiġu organizzati ‘il fuq minn 200 kors li minnhom se jibbenefikaw ‘il fuq minn 20,000 persuna matul it-tliet snin li gejjin. |
| Is-Segretarju Parlamentari Chris Said temm | billi rringrazzja lil Caremalta għax-xogħol li qed twettaq fil-qasam tal-anzjani u faħħar l-inizjattiva imprenditorjali tal-istess kumpanija. Huwa qal ukoll li Caremalta, li llum tħaddem madwar 500 persuna, hija ezempju ta’ kif kumpanija tista’ tibbenefika mill-fondi tal-Unjoni Ewropea u toħloq opportunitajiet ġodda ta’ xogħol. |
Other Press Releases:
PR261987
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...
PR261986en