Left arrow Mur Lura

Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin serva ta’ għajnuna liċ-ċiklisti tal-Life Cycle Challenge bil-ħidma konsulari tiegħu fit-Turkija u s-Sirja

pr1399
Date Icon 19/08/2009
Il-Konsli Ġenerali Maltin f’Istanbul fit-Turkijau f’Damasku fis-Sirja servew ta’ għajnuna fl-organizzazzjoni u fit-twettieq tal-isfida tal-Betfair Life Cycle Challenge ta’ din is-sena.
Il-Konslu Generali fis-Sirja Ahmad Houboubatiilu jgħin  lill-organizzaturi tal-Life Cycle f’dak li huma preparamenti sa’ mill-ewwel xhur ta’ din is-sena, kif ukoll serva ta’ spalla matul il-ġranet li t-tim taċ-ċiklisti għamel fis-Sirja.  L-edizzjoni tal-Betfair Life Cycle Challenge ta’ din is-sena li taħbat il-11-il edizzjoni, bdiet minn Istanbul fit-Turkija u ntemmet f’Damasku fis-Sirja.
Fil-kapaċita’ konsulari tiegħu, Ahmad Houboubatiikkorrisponda mal-organizzaturi tal-Life Cycle biex jiġu ffaċilitati l-kuntatti fis-Sirja.  Huwa għen fost l-oħrajn biex tinstab akkomodazzjoni xierqa għaċ-ċiklisti u għat-tim tal-Life Cycle meta jaslu fis-Sirja.
Fil-ħidma tiegħu ta’ Konslu Ġenerali, huwa ħademid f’id mal-organizzaturi, mal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Malti u ma’ uffiċjali għolja mill-gvern Sirjan sabiex jiġu proċessati d-dokumentazzjonijiet meħtieġa, fosthom Visas biex dawn iċ-ċiklisti jkunu jistgħu jidħlu fil-pajjiż.
Ta’ min isemmi wkoll li l-Konslu Ġeneraligħall-Malta f’Istanbul fit-Turkija Simon Pullicino fis-7 t’Awissu ngħaqad għal ftit mumenti mat-tim taċ-ċiklisti li kien għadu se jibda l-avventura tiegħu. Saħanistra huwa pparteċipa magħhom fl-ewwel 25 kilometru biex jappoġġja moralment lit-18-il ċiklist u l-15-il voluntiera.
Il-Konslu Ġenerali fit-Turkija għen ukollfil-preparamenti u fil-kuntatti mal-awtoritajiet Torok, kif ukoll serva ta’ spalla waqt il-ġranet li huma qattgħu fit-Turkija.
Intant il-Ministeru tal-Affarijiet BarraninMalti kmieni din is-sena kien organizza diversi laqgħat mal-organizzaturi tal-Life Cycle u laqqagħhom mal-Konsli Ġenerali Maltin fit-Turkija u fis-Sirja. Dawn il-laqgħat kienu saru waqt il-Laqgħa tal-Konsli f’Malta li saret f’Marzu ta’ din is-sena.
Il-Betfair Life Cycle Challenge 2009bdiet fit-8 t’Awissu f’Istanbul fit-Turkija u ċ-ċicklisti wettqu 2,000 kilometru f’għaxart ijiem biex temmew l-isfida tagħhom f’Damasku fis-Sirja. It-tim taċ-ċiklisti flimkien mal-voluntiera mistennija lura Malta għada.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

Aktar Stqarrijiet Right arrow