Left arrow Mur Lura

DEROGA GĦAT-TEĦID TA’ ĊERTA GĦASAFAR

pr1398
Date Icon 18/08/2009
Fid-dawl tad-derogali ser tiġi applikata għat-teħid tal-gamiem u s-summien (bejn l-1 ta’ Settembru 2009 u t-30 ta’ Ottubru 2009) u tal-pluvieri u l-malvizz (bejn l-20 ta’ Ottubru 2009 u l-10 ta’ Jannar 2010), il-Gvern jinforma li l-carnet de chasse ser jintbagħat matul il-ġranet li ġejjin.
Il-persuni lijixtiequ jagħmlu użu mid-deroga għandhom imorru bil-carnet de chasse fl-Għassa tal-Pulizija sabiex iħallsu l-liċenzja.  Huma għandhom jieħdu magħhom żewġ site plans li jindikaw is-sit ta’ fejn ser jonsbu (sa massimu ta’ żewġ siti); kopja minnhom għandha titħalla fl-Għassa tal-Pulizija u l-oħra tittieħed lura.
Matul din id-deroga, il-malja (mesh)tax-xbieki wżati ma tistax tkun anqas minn 30 millimetru bi 30 millimetru. Fl-istess perjodu, qrib fejn ikun qed isir l-insib ma jistax jinżamm dak li għandu x’jaqsam ma’ teħid ta’ għasafar li għalihom ma tapplikax id-deroga.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

Aktar Stqarrijiet Right arrow