L-UNJONI EWROPEA EQREB LEJN IR-RESIDENTI GĦAWDXIN
pr1396
18/08/2009
| “L-Unjoni Ewropea se tkun | eqreb lejn ir-residenti Għawdxin u dan grazzi għall-ftuħ ta’ uffiċċju tal-MEUSAC f’Għawdex”. Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni Chris Said meta żar “L-Ewropa fil-Pjazza” fi Triq ir-Republika, Victoria, Għawdex. |
| “L-Ewropa fil-Pjazza” hija | waħda mis-serje ta’ inizjattivi fil-qafas tas-sħubija ta’ ġestjoni li l-MEUSAC iffirma mal-Kummissjoni Ewropea aktar kmieni din is-sena. Permezz ta’ dan il-progett il-MEUSAC, b’mobile unit, qed idur bliet u rħula f’Malta u Għawdex sabiex iwassal l-informazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea qrib ir-resident. |
| Il-popolazzjoni tal-pajjiżi | kollha fl-UE hija ta’ madwar 500 miljun persuna u l-popolazzjoni ta’ Malta hija parti minn din il-figura. Illum il-Maltin u l-Għawdxin huma parti minn Ewropa magħquda u m’għadx fadal barrieri ġeo-politici bejna u bejn il-pajjiżi l-oħra fl-Ewropa. Dan ifisser li dak kollu li jiġri fl-Ewropa llum jaffetwana direttament. |
| Chris Said qal li kultant | teżisti l-impressjoni li l-UE toffri biss obbligi u liġijiet, iżda l-UE toffri wkoll opportunitajiet kbar li jekk ma nkunux nafu bihom nitilfuhom. |
| Is-Segretarju Parlamentari | qal li ma’ nistgħux nibqgħu bil-perċezzjoni li aħna żgħar wisq u l-istituzzjonijiet tal-UE mhux se jagħtu kasna. Ma nistgħux nibqgħu bil-perċezzjoni li l-UE hija ‘l bogħod mill-poplu. |
| L-informazzjoni qiegħda hemm | u c-channels ta’ komunikazzjoni biex aħna nagħmlu d-differenza qegħdin hemm ukoll, iżda dawn irridu nfittxuhom, insiru nafu bihom u ma nibżgħux nużawhom. |
| Chris Said qal l-Gvern ukoll | qed jagħmel li jista’ biex mhux biss kulħadd ikun jaf x’qed jiġri fl-Unjoni Ewropea, izda wkoll biex kulħadd ikun parteċipi f’dak li jkun għaddej u anki biex kulħadd jieħu l-opportunitajiet li toffrilu s-sħubija fl-UE. |
| Chris Said qal li fil-ġimgħat | li ġejjin il-MEUSAC se jiftaħ uffiċċju tiegħu f’Għawdex u dan se jkun qed jgħin lill-Kunsilli Lokali, NGO’s, is-settur privat u individwi. sabiex jieħdu l-opportunitajiet li toffri l-istess UE. |
Other Press Releases:
PR261987
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...
PR261986en