STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-EDUKAZZJONI, KULTURA, ŻGĦAŻAGĦ U SPORT
pr1395
18/08/2009
| Il-Ministeru tal-Edukazzjoni, | Kultura, Żgħażagħ u Sport għadu qed jaħdem fuq it-twaqqif ta’ Akkademja tal-Mużika li tkun tinvolvi d-diversi elementi li diġa’ jeżistu f’dan il-qasam bħalma huma l-Iskola tal-Mużika u l-Istitut tal-Mużika fl-Universita’ ta’ Malta. |
| Il-proġett għat-twaqqif ta’ Akkademja tal-Mużika | kien tnieda mill-Ministeru tat-Turiżmu u l-Kultura u kienet saret talba biex jinkisbu fondi mill-Unjoni Ewropea għal dan il-proġett. Din it-talba ma kinitx aċċettata. Il-proġett fil-fatt, kien aktar edukattiv milli kulturali. |
| L-idea kienet li l-Akkademja tal-Mużika ssir | f’Villa Bighi li kien hemm bżonn isir xogħol estensiv fuqha u fuq parti mill-isptar ta’ Bighi b’nefqa ta’ aktar minn € 5 miljuni. Billi l-fondi mill-Unjoni Ewropea ma kienux approvati l-proġett ma setgħax jitkompla f’dak l-istadju. |
| Madankollu l-Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura, | Żgħażagħ u Sport baqa’ xorta f’kuntatt ma’ rappreżentanti ta’ Mro Muti f’Ravenna u kiteb darbtejn lis-Surmast Muti biex issir laqgħa fejn ikun diskuss il-proġett. |
| Sadattant il-Ministeru se jibqa’ jaħdem u | jesplora toroq oħra kif tista’ titwaqqaf Akkademja tal-Mużika f’pajjiżna. |
| Mhux ġust dak li qal fl-istqarrija tiegħu dwar | dan is-suġġett il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Kultura, Owen Bonnici, li l-Gvern mhux qed jgħin lill-artisti Maltin u l-qasam tal-kultura. |
| Infatti, apparti l-ħafna għajnuna u inizjattivi | mill-Kunsill Malti għall-Kultura b’risq l-artisti Maltin, il-ġimgħa l-oħra stess il-Gvern nieda l-Fond għall-Arti, li bih se jgħin artisti u kittieba Maltin; is-sena li għaddiet nieda l-Film Fund li minnu diġa’ bbenefikaw erba’ kumpanniji lokali. |
| Barra minn dan, fl-aħħar żewġ Budgets | introduċa numru ta’ miżuri biex jgħin l-arti u l-kultura fosthom billi naqqas il-VAT minn 18% għal 5% fuq kiri ta’ spazji għal attivitajiet artistiċi u kulturali, kif ukoll fuq il-biljetti għad-dħul fil-mużewijiet, kunċerti, esibizzjonijiet u teatru. |
| Il-Gvern eżenta wkoll mill-ħlas tal-VAT | attvitajiet kulturali organizzati minn organizazzjonijiet li m’għandhomx skop ta’ qliegħ u neħħa wkoll il-VAT minn fuq it-taħriġ għal kull forma ta’ arti. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261987
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...
PR261986en