Left arrow Mur Lura

XAGĦRA SCOUT GROUP IGAWDI MINN FONDI TAL-UNJONI EWROPEA

pr1394
Date Icon 18/08/2009
Wara ġimgħat ta’xogħol u preparazzjoni Xagħra Scout Group irnexxielu jġib fondi mill-Unjoni Ewropea għall-proġett tiegħu E-S.C.OUT taħt l-Action 1.1: Youth Exchanges tal-programm tal-UE Youth in Action.
E-S.C.OUT, litfisser European-Sports.Culture.Outdoors, huwa kamp ta’ tmint ijiem li qed isir fil-Wied tar-Ramla qrib il-bajja tar-Ramla l-Ħamra f’Għawdex bejn is-17 u l-24 t’Awwissu.  Waqt dan il-kamp se jsiru attivitajiet li jirriflettu l-prioritajiet tal-programm, jiġifieri ċittadinanza Ewropea, il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ u d-diversità kulturali li wieħed jasal għaliha permezz tal-attività sportiva u djalogu inter-kulturali.
F’dan il-proġettqed jieħdu sehem 22 parteċipant u parteċipanta u 8 leaders minn Malta, il-Portugall, l-Irlanda u t-Turkija.  Dawn se jkunu qed jgħixu flimkien u jesperjenzaw l-avventura, ħbiberiji ġodda u attivitajiet oħra qrib il-bajja pittoreska tar-Ramla l-Ħamra li tassew tissimbolizza s-Sajf Għawdxi.
Il-proġett kolluqed jieħdu ħsiebu żgħażagħ ta’ anqas minn 21 sena li jifformaw parti mill-Venture Unit u r-Rover Crew fix-Xagħra Scout Group.
Is-SegretarjuParlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni Chris Said attenda għall-ftuħ ta’ dan il-proġett u faħħar ix-Xagħra Scout Group li, minkejja li ilu mwaqqaf biss sena u nofs diġà għandu aktar minn 70 membru tfal u żgħażagħ u huma lesti biex jidħlu għal proġetti b’finazjament mill-Unjoni Ewropea.  Ix-Xagħra Scout Group huwa t-tieni grupp f’Għawdex wara dak ta’ Victoria.
Waqt iċ-ċerimonjatal-ftuħ, li għaliha kienu preżenti wkoll ic-Chief Scout Kenneth DeMartino, l-Iscout Commissioner for Gozo Laurie Saliba u l-Group Scout Leader Vince Vella, Chris Said qal li ‘l fuq minn 3,600 żagħzugħ u żagħżugħa bbenefikaw mill-programm Youth in Action u din iċ-ċifra turi s-saħħa tal-volontarjat, partikolarment il-volontarjat fost iz-żgħażagħ.
Chris Said qal lil-Iscouts li qed jipparteċipaw f’dan il-proġett qed juru li l-Unjoni Ewropea mhix xi ħaġa astratta iżda hija kunċett li minnu jibbenefikaw in-nies.  L-Unjoni Ewropea hija proġett li minnu jibbenefikaw il-familji, il-ħaddiema, l-imprendituri, it-tfal, il-ġenituri, l-anzjani u ż-żgħażagħ tagħna.
Is-SegretarjuParlamentari ħeġġeġ lill-Membri tal-Grupp tal-Iscouts tax-Xagħra biex mhux biss ikomplu jsaħħu l-grupp tagħhom iżda wkoll ikomplu jespandu l-orizzonti tagħhom b’aktar programmi ta’ skambji ma’ gruppi oħra minn madwar l-Ewropa.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

Aktar Stqarrijiet Right arrow