XAGĦRA SCOUT GROUP IGAWDI MINN FONDI TAL-UNJONI EWROPEA
pr1394
18/08/2009
| Wara ġimgħat ta’ | xogħol u preparazzjoni Xagħra Scout Group irnexxielu jġib fondi mill-Unjoni Ewropea għall-proġett tiegħu E-S.C.OUT taħt l-Action 1.1: Youth Exchanges tal-programm tal-UE Youth in Action. |
| E-S.C.OUT, li | tfisser European-Sports.Culture.Outdoors, huwa kamp ta’ tmint ijiem li qed isir fil-Wied tar-Ramla qrib il-bajja tar-Ramla l-Ħamra f’Għawdex bejn is-17 u l-24 t’Awwissu. Waqt dan il-kamp se jsiru attivitajiet li jirriflettu l-prioritajiet tal-programm, jiġifieri ċittadinanza Ewropea, il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ u d-diversità kulturali li wieħed jasal għaliha permezz tal-attività sportiva u djalogu inter-kulturali. |
| F’dan il-proġett | qed jieħdu sehem 22 parteċipant u parteċipanta u 8 leaders minn Malta, il-Portugall, l-Irlanda u t-Turkija. Dawn se jkunu qed jgħixu flimkien u jesperjenzaw l-avventura, ħbiberiji ġodda u attivitajiet oħra qrib il-bajja pittoreska tar-Ramla l-Ħamra li tassew tissimbolizza s-Sajf Għawdxi. |
| Il-proġett kollu | qed jieħdu ħsiebu żgħażagħ ta’ anqas minn 21 sena li jifformaw parti mill-Venture Unit u r-Rover Crew fix-Xagħra Scout Group. |
| Is-Segretarju | Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni Chris Said attenda għall-ftuħ ta’ dan il-proġett u faħħar ix-Xagħra Scout Group li, minkejja li ilu mwaqqaf biss sena u nofs diġà għandu aktar minn 70 membru tfal u żgħażagħ u huma lesti biex jidħlu għal proġetti b’finazjament mill-Unjoni Ewropea. Ix-Xagħra Scout Group huwa t-tieni grupp f’Għawdex wara dak ta’ Victoria. |
| Waqt iċ-ċerimonja | tal-ftuħ, li għaliha kienu preżenti wkoll ic-Chief Scout Kenneth DeMartino, l-Iscout Commissioner for Gozo Laurie Saliba u l-Group Scout Leader Vince Vella, Chris Said qal li ‘l fuq minn 3,600 żagħzugħ u żagħżugħa bbenefikaw mill-programm Youth in Action u din iċ-ċifra turi s-saħħa tal-volontarjat, partikolarment il-volontarjat fost iz-żgħażagħ. |
| Chris Said qal li | l-Iscouts li qed jipparteċipaw f’dan il-proġett qed juru li l-Unjoni Ewropea mhix xi ħaġa astratta iżda hija kunċett li minnu jibbenefikaw in-nies. L-Unjoni Ewropea hija proġett li minnu jibbenefikaw il-familji, il-ħaddiema, l-imprendituri, it-tfal, il-ġenituri, l-anzjani u ż-żgħażagħ tagħna. |
| Is-Segretarju | Parlamentari ħeġġeġ lill-Membri tal-Grupp tal-Iscouts tax-Xagħra biex mhux biss ikomplu jsaħħu l-grupp tagħhom iżda wkoll ikomplu jespandu l-orizzonti tagħhom b’aktar programmi ta’ skambji ma’ gruppi oħra minn madwar l-Ewropa. |
Other Press Releases:
PR261987
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...
PR261986en