Left arrow Go Back

Konfermata mewt kawża tal-Influwenza A (H1N1)

pr1393
Date Icon 18/08/2009
Anzjana Maltijata’ 82 sena mietet il-lejl li għadda fl-isptar Mater Dei, kawża ta’ kumplikazzjonijiet li żviluppat wara li giet konfermata li kellha l-influwenza A (H1N1).
Din l-anzjanakienet taqa’ fil-grupp ta’ persuni vulnerabbli minħabba li kienet tbati minn mard kroniku tal-qalb u mard ieħor kroniku respiratorju.  Il-mara ddaħħlet l-Isptar Mater Dei nhar il-Ġimgħa li għadda u minnufiħ bdiet tingħata  l-kura meħtieġa.  Sfortunatament, minħabba l-kundizzjoni kronika tagħha,  inqalgħu kumplikazzjonijiet u l-anzjana mietet fil-lejl li għadda.
Ta’ min ifakkarli kull passa tal-influwenza tista’ tikkaġuna mwiet, speċjalment fost dawk li huma vulnerabbli.
Is-Segretarjatgħall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ jerġa jfakkar biex kulħadd jieħu hsieb l-iġene personali tiegħu billi jaħsel idejħ ta’ spiss u biex persuni li jkollhom sintomi tal-influwenza ma joħorġux mid-dar u jċemplu għat-tabib.
Persuni li jaqgħufil-kategorija  ta’ nies vulnerabbli huma mitluba jċemplu tabib hekk kif ikollhom sintomi tal-influwenza. Dawk vulnerabbli huma:

·       Persuni bi problemi ta’ mard kroniku bħal mard tal-qalb, problemi fil-kliewi, problemi respiratoriji u oħrajn

·       Nisa tqal

·       Tfal taħt il-ħames snin.

·       Persuni diabetiċi

·       Persuni b’reżistenza baxxa (immuno suppressed)

·       Persuni li jkollhom l-influwenza u jesperjenzaw kumplikazzjonijiet.  

Ta’ min ifakkar li l-Kumitat dwar il-Pandemija baqa’ jiltaqa’ b’mod regolari. Sadattant kull min ikollu bżonn aktar informazzjoni jista’ jċempel fuq il-helpline 21 324086 jew jibgħat email fuq disease.surveillance@gov.mt

Il-leaflet bl-informazzjoni dwar kif tevita l-influwenza u x’għandek tagħmel jekk tkun ma tiflaħx, jinsabu fuq is-sit www.gov.mt u fuq www.doi.gov.mt

Videos b’informazzjoni bil-Malti dwar dan jinsabu wkoll fuq www.youtube.com/segretarjat jew fuq il-facebook fil-grupp “Segretarjat Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’”.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

More Press Releases Right arrow