Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI

pr1392
Date Icon 17/08/2009
B’reazzjoni għall-istqarrija maħruġa mill-Onor Brincat
Id-Dokumentta’ Qabel il-Budget joħroġ b’mod ċar il-prinċipji li fuqhom iddur il-politika ta’ dan il-Gvern. Dan id-dokument jagħti ħarsa fil-fond u analiżi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-pajjiż u jressaq proposti ta’ kif pajjiżna jista’ jkompli jtejjeb il-kompettitivita’ fil-kuntest ta’ żvillupp sostenibbli. Dan il-Gvern poġġa l-ambjent fil-qalba tal-politika tiegħu kif kien ukoll deskritt fid-diskors tal-President fil-ftuħ tal-Parlament. Dan il-Gvern qed ipoġġi l-ambjent, aktar minn qatt qabel, fil-qalba tal-politika tiegħu.  “L-ambjent huwa prijorità ewlenija għall-Gvern u għal pajjiżna kollu kemm hu.  F’kollaborazzjoni sħiħa mas-settur privat u mas-soċjetà ċivili, il-Gvern qed jaħdem biex ikompli jkattar kuxjenza favur il-ħarsien ta’ l-ambjent f’kull aspett tiegħu mill-imħabba għall-indafa sar-riċerka xjentifika.”
Jekk wieħed iħares lejn il-miżuri tal-Gvernmatul din il-leġislatura rrispettivament jekk iffurmawx parti mill-budget jew le, wieħed isib ammont ta’ miżuri favorevoli għall-ambjent. Miżuri li qed jgħinu wkoll sabiex inkomplu nnaqsu l-emmisjonijet f’pajjizna, u nbiddlu l-mentalita’ għal waħda li ma tinċentivax il-ħela. Insemmu fost oħrajn:

·       skemi favur xiri ta’ apparat bħal solar water heaters biex l-ilma fid-djar jissaħħan mix-xemx u għalhekk jitnaqqas il-konsum ta’ l-elettriku;

·       skemi favur l-użu ta’ panelli fotovojtajici li jiġġeneraw l-elettriku mix-xemx;

·       skema ta’ tqassim ta’ bozoz energy-saving b’xejn lil kull familja biex bis-serjeta’ tiddaħħal kultura ġdida u fid-djar jintuża aktar tagħmir li jnaqqas il-konsum,

·       ġie ppublikat il-Pjan Nazzjonali għal-Effiċjenza fl-Uzu tal-Enerġija,

·       daħlet fis-seħħ il-liġi dwar l-energy performance of buildings,

·         ġie ppreżentat u sar proċess ta’ konsultazzjoni pubblika dwar l-Istrateġija Nazzjonali ta’ miżuri ta’ politika u tnaqqis tal-emmissjonijiet tal-gassijiet serra,

·         twaqqaf ukoll kumitat għall-addattament tal-bidla fil-klima,

·         ġie ppublikat kif ukoll saret konsultazzjoni pubblika dwar l-ewwel reviżjoni tal-istrateġija nazzjonali dwar l-immaniġġjar tal-iskart solidu f’pajjiżna li tipproponi li pajjiżna jiġġenera aktar enerġija nadifa mill-iskart,

·       appoġġ finanzjarju lill-industrija f‘investimenti favur effiċjenza fl-użu tal-enerġija li tiġġedded,

·       ġie ppublikat u miftuħ ukoll għal-konsultazzjoni pubblika l-abbozz ta’ politika tal-Enerġija għal-Malta,

·       Pajjiżna ssieħeb fl-IRENA -Aġenzija Internazzjonali dwar l-Enerġija li Tiġġedded,

·       Il-Gvern għamel kampanja edukattiva bl-isem ta’ Switch,

·       daħlet l-eco tax fuq il-basktijiet tal-plastik, bl-għan li jitnaqqas il-konsum,

·       it-tnedija tar-riforma tat-trasport pubbliku biex aktar nies jiġu mħajjra jagħmlu użu minn dan is-servizz u b’hekk jonqsu l-karozzi mit-toroq u jonqsu l-emmissjonijiet,

·       inċentivi għall-uzu ta' karozzi izgħar u aktar nodfa li jnaqqsu l-emmissjonijiet;

·       proposta biex pajjizna jkollu wind farms.

Dan kollu juri kemm verament dan il-Gvern għandu kuxjenza ambjentali. il-proċessi ta’ konsultazzjonijiet publiċi li tnedew huma rimarkevoli, hija ħasra li fl-ebda proċċess ma l-Gvern jew il-poplu sema’ bi proposta waħda minn naħa tal-Oppożizzjoni. Biss minkejja dan il-Gvern għaddej b’ħidma li ma taqta’ xejn sabiex jitjieb il-livell t’għixien tan-nies, titħares saħħet il-bniedem u jkun sostnut l-ambjent ta’ madwarna.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

More Press Releases Right arrow