Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin Tonio Borg jappella biex iktar nies jiskopru s-servizzi li joffru l-Ambaxxati Maltin barra minn Malta
| Madwar 11,000 kuntatt mal-Ambaxxati Maltin barra | minn Malta fl-ewwel 7 xhur tas-sena; 20,000 kopja tal-manwal ‘Qabel Issiefer’ jitqassmu fi ftit ġimgħat, u 1,500 persuna kuljum iżżur il-website tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Dawn huma uħud miċ-ċifri li jindikaw il-ħidma tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin li tibqa’ għaddejja anki matul dawn ix-xhur tas-sajf. |
| Fi kliem il-Viċi Prim Ministru u Ministru | tal-Affarijiet Barranin Tonio Borg, il-politika li qed iħaddan il-Ministeru tiegħu qed tħalli l-frott tagħha hekk kif iktar ma jgħaddu x-xhur iktar qed joħroġ fil-beraħ kemm in-nies qed ifittxu li jagħmlu kuntatt mal-Ambaxxati u qed jużaw iktar il-website tal-Ministrru. |
| L-Onor. Tonio Borg kompla jgħid li matul dawn | ix-xhur tas-sajf l-Ambaxxati Maltin barra minn Malta jkollhom iktar talbiet għall-assistenza minħabba li l-għadd ta’ nies li jsiefru, jiżdied. Il-Ministru qal li dan ipoġġi iktar responabbilta’ fuq il-ħidma tagħhom u tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Il-Viċi Prim Ministru sostna li din is-sena l-Maltin għandhom f’idejhom xi ħaġa iżjed minn qabel sabiex isolvu d-diffikultajiet li jistgħu jiltaqgħu magħhom meta jkunu msiefrin; dan bis-saħħa tal-manwal ‘Qabel issiefer’. |
| Dwar dan il-manwal, il-Viċi Prim Ministru fakkar | li t-30,000 kopja li ġew stampati telqu fi ftit ġranet. “Dan huwa sinjal li rnexxilna nidentifikaw bżonn li kellu l-poplu Malti fejn jidħol tagħrif dwar is-safar; naħseb li ntlaqa’ tajjeb ħafna mis-soċjeta’ anki mill-mezzi tax-xandir għaliex huma wkoll tawna l-għajnuna biex nippubblikaw siltiet minnu fuq il-ġurnali u nxandru wkoll spots fuq ir-radijiet lokali b’informazzjoni meħuda minnu.” |
Madankollu l-ħidma tal-Ministeru ma waqfietx hawn. Matul is-sena li għaddiet tnediet websajt ġdida www.foreign.gov.mt, li qed tkun aġġornata regolarment. In-nies li jżuru din il-websajt qiegħed jiżdied regolarment tant li fl-aħħar ġranet l-medja ta’ nies li żżur il-websajt ta’ kuljum laħqet l-1,500 persuna. Ta’ min isemmi li fuq din il-websajt, apparti li tittella l-aħħar informazzjoni dwar il-ħidma tal-Ministeru, tittella wkoll informazzjoni oħra b’tagħrif li n-nies jistgħu jiġu bżonn. Ta’ min isemmi fost l-oħrajn it-Travel Advice Section, kif ukoll s-sezzjoni dwar l-Ambaxxati Maltin barra minn Malta. Din is-sezzjoni tagħti l-opportunita’ li taċċessa l-websajts ta’ dawn l-ambaxxati b’bosta tagħrif utli fosthom kuntatti telefoniċi u indirizzi tal-ambaxxati stess.
In-numri tat-telefon ta’ kull ambaxxata, inkluż dawk ta’ emerġenza jinsabu fuq is-sit www.foreign.gov.mt
| Intant dwar iċ-ċifri tal-kuntatti mal-Ambaxxati | Maltin barra minn Malta, jidher ċar li dawn il-kuntatti qed ikunu frekwenti ħafna iktar milli kienu jkunu fix-xhur u s-snin li għaddew. Tant li sal-aħħar ta’ Lulju hemm indikazzjonijiet li diġa ntlaħaq il-11,000 kuntatt matul din is-sena. “Qed ikollna medja ta’ madwar 60 kuntatt kuljum mill-Maltin u l-kumpaniji li qed jistaqsu fuq Malta. Din iċ-ċifra qed tiżdied gradwalment u naħseb dan hu grazzi għax-xogħol siewi li jwettqu d-diversi ambaxxati u konsolati Maltin barra minn Malta.” |
| Hawnhekk il-Viċi Prim Ministru fakkar kif | f’mument fejn ħafna pajjiżi qed jaħsbu li jnaqqsu l-għadd ta’ rappreżentanzi tagħhom madwar id-dinja, Malta qiegħda żżidhom. “Ma ninsewx li f’din l-aħħar sena żiedna żewġ ambaxxati ġodda, dik fil-Polonja u l-oħra f’Iżrael u rappreżentanza diplomatika oħra fil-Palestina.” |
| “Ftit jiem ilu laqqajna l-Ambaxxaturi Maltin | f’konferenza li fiha spjegajt kemm hi importanti l-ħidma diplomatika Maltija barra minn Malta. Nemmen li iktar ma jkun żgħir il-pajjiż iktar għandu bżonn ta’ ħidma diplomatika wiesa’ biex ikun preżenti u jwassal il-vuċi tiegħu b’aktar saħħa. Għaldaqstant bħala Gvern se nkomplu nsaħħu l-pajjiżna barra minn xtutna bir-rappreżentanza diplomatika tagħna.” |
| “Nixtieq inżid li ma’ dawn iċ-ċifri, tajjeb li | jiġi nnutat li l-Ambaxxaturi qed iservu ta’ għajnuna biex jinġieb iktar investiment tant li qed jgħinu madwar 50 kumpanija lokali jew internazzjonali sabiex ittejjeb il-kuntatti ta’ kummerċ. Għalhekk, nerġa ntenni, li huwa essenzjali li iktar nies jiskopru l-Ambaxxati tagħna, iktar ma jkunu jafu bihom nies iktar se nsaħħu l-posizzjoni tagħna barra minn xtutna.” |
Stqarrijiet Oħra:
PR261987
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...
PR261986en