Stqarrija mis-Segretarjat Parlamentari għall-Erarji Pubbliċi u Artijiet
pr1385
14/08/2009
| Il-Konċessjoni | għall-fidi ta’ ċnus tal-Uffiċju Konġunt qatt ma kienet maħsuba biex tiffaċilita' l-ispekulazzjoni |
| Is-Segretarjat | Parlamentari għall-Erarji Pubbliċi u Artijiet jagħmel referenza għall-istqarrija maħruga l-bieraħ 13 ta’ Awissu mill-Property Developers Section tal-General Retailers and Traders’ Union (GRTU) rigward it-tibdiliet imnedija mill-Gvern f’Jannar li għadda fuq il-kundizzjonijiet tal-konċessjoni biex jinfdew ċnus temporanji tal-Uffiċju Konġunt bl-iskema tal-2001. |
| Din tal-2001 | kienet konċessjoni volontarja, illi ħadd ma kien u m'huwa obbligat li jieħu, li l-Gvern offra sabiex persuni setgħu isiru sidien ta' djarhom u jixtru ċ-ċnus tal-proprjeta’ li ġiet mingħand il-Knisja. Il-konċessjoni qatt ma kienet maħsuba biex tiffaċilita' l-iżvilupp jew spekulazzjoni ta' proprjeta' tal-Gvern. Anzi, il-bdil fil-kundizzjonijiet huma maħsuba biex min għandu ċens temporanju isir sid ta' daru u mhux isir il-fidi għal raġunijiet spekulattivi. |
| Il-proprjeta’ | kollha li taqa' taħt din l-iskema hija proprjeta' tal-Uffiċju Konġunt, jiġifieri dik il-proprjeta’ li fl-1992 għaddiet għand il-Gvern mill-Knisja, b’kundizzjoni li din tintuża għal skopijiet Soċjali u residenzjali għall-familji. L-iżvilupp spekulattiv mhuwiex skop Soċjali. Għalhekk il-Gvern huwa kommess illi jara li din l-iskema tintuża b’mod ġust u għar-raġunijiet li għalihom kienet maħsuba. Jiġifieri illi l-familji isiru sidien ta’ djarhom. |
| Mhuwiex ġust illi | taħt din l-iskema f’ċerti każi, proprjetajiet ġew mifdija għal ftit mijiet ta' ewro, biex imbagħad reġghu nbiegħu għal mijiet ta' eluf ta' ewro f'temp ta' ftit ġranet wara. Dan żgur imur kontra l-ħsieb tal-iskema li kienet maħsuba biex tgħin ‘l min għandu bżonn, fi sfond ta’ għajnuna soċjali. Permezz tal-kundizzjonijiet il-ġodda, il-Gvern qed jassigura illi l-iskema tiġi mħaddma għar-raġunijiet li għalihom kienet maħsuba. |
| Il-bdil | fil-kundizzjonijiet jieħdu ħsieb illi jinżamm sens ta’ ġustizzja soċjali fit-tħaddim tal-konċessjoni. Fil-fatt, il-kundizzjonijiet il-ġodda jaħsbu biex jista’ jsir bejgħ bejn membri tal-familja, miżżewgin separati legalment u persuni b’diżabilita (reġistrati mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni Diżabilita). Dan sar għax din l-iskema għandha tassew tkun indirizzata għal min l-iktar għandu bżonn. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261987
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...
PR261986en