Left arrow Go Back

Stqarrija mis-Segretarjat Parlamentari għall-Erarji Pubbliċi u Artijiet

pr1385
Date Icon 14/08/2009
Il-Konċessjonigħall-fidi ta’ ċnus tal-Uffiċju Konġunt qatt ma kienet maħsuba biex tiffaċilita' l-ispekulazzjoni
Is-SegretarjatParlamentari għall-Erarji Pubbliċi u Artijiet jagħmel referenza għall-istqarrija maħruga l-bieraħ 13 ta’ Awissu mill-Property Developers Section tal-General Retailers and Traders’ Union (GRTU) rigward it-tibdiliet imnedija mill-Gvern f’Jannar li għadda fuq il-kundizzjonijiet tal-konċessjoni biex jinfdew ċnus temporanji tal-Uffiċju Konġunt bl-iskema tal-2001.
Din tal-2001kienet konċessjoni volontarja, illi ħadd ma kien u m'huwa obbligat li jieħu, li l-Gvern offra sabiex persuni setgħu isiru sidien ta' djarhom u jixtru ċ-ċnus  tal-proprjeta’ li ġiet mingħand il-Knisja.   Il-konċessjoni qatt ma kienet maħsuba biex tiffaċilita' l-iżvilupp jew spekulazzjoni ta' proprjeta' tal-Gvern.  Anzi, il-bdil fil-kundizzjonijiet huma maħsuba biex min għandu ċens temporanju isir sid ta' daru u mhux isir il-fidi għal raġunijiet spekulattivi.
Il-proprjeta’kollha li taqa' taħt din l-iskema hija proprjeta' tal-Uffiċju Konġunt, jiġifieri dik il-proprjeta’ li fl-1992 għaddiet għand il-Gvern mill-Knisja, b’kundizzjoni li din tintuża għal skopijiet Soċjali u residenzjali għall-familji.  L-iżvilupp spekulattiv mhuwiex skop Soċjali.  Għalhekk il-Gvern huwa kommess illi jara li din l-iskema tintuża b’mod ġust u għar-raġunijiet li għalihom kienet maħsuba.  Jiġifieri illi l-familji isiru sidien ta’ djarhom.
Mhuwiex ġust illitaħt din l-iskema f’ċerti każi, proprjetajiet ġew mifdija għal ftit mijiet ta' ewro, biex imbagħad reġghu nbiegħu għal mijiet ta' eluf ta' ewro f'temp ta' ftit ġranet wara. Dan żgur imur kontra l-ħsieb tal-iskema li kienet maħsuba biex tgħin ‘l min għandu bżonn, fi sfond ta’ għajnuna soċjali.  Permezz tal-kundizzjonijiet il-ġodda, il-Gvern qed jassigura illi l-iskema tiġi mħaddma għar-raġunijiet li għalihom kienet maħsuba.
Il-bdilfil-kundizzjonijiet jieħdu ħsieb illi jinżamm sens ta’ ġustizzja soċjali fit-tħaddim tal-konċessjoni.  Fil-fatt, il-kundizzjonijiet il-ġodda jaħsbu biex jista’ jsir bejgħ bejn membri tal-familja, miżżewgin separati legalment u persuni b’diżabilita (reġistrati mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni Diżabilita).  Dan sar għax din l-iskema għandha tassew tkun indirizzata għal min l-iktar għandu bżonn.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

More Press Releases Right arrow